Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Traskrizzjoni tal-vidjo dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tal-karti tal-flus

Jisimni Marianne Preis-Dewey u jiena mill-Assoċjazzjoni tal-Persuni Għomja u Li Ma Jarawx Sew, f’Hesse, hawnhekk fil-Ġermanja.

Din hija l-karta tal-€200, għaliex għandha żewġ spazji u naturalment hija akbar mill-karta tal-€20, allura dik tgħin. Imbagħad jekk inkun f’ħanut, pereżempju, u nkun irrid naċċerta ruħi li mhijiex karta taf-flus falza, niċċekkja għal xi affarijiet oħra.

Moderatur: Tista’ tispjega kif tagħmel dan?

Mela le? Dawn il-linji max-xfar diġà jagħtu ħjiel, għaliex xi falsifikaturi jistgħu ma jinkluduhomx. Ħaġa oħra hi li fejn ikun hemm in-numru l-kbir, tinħass kważi ftit imbuzzata. Tkun eħxen u aktar ħarxa jekk inħossha b’difri u dik ukoll hija karatteristika li hija inkluża għas-sikurezza u għas-sigurtà. Imbagħad għandna din l-ologramma mal-ġenb, hawnhekk – it-tieqa ż-żgħira li tinħass partikolari ħafna, li hija diffiċli ħafna biex tiġi riprodotta mill-falsifikaturi.

Allura dawk huma l-karatteristiċi kollha li jiena nfittex meta rrid inkun naf jekk hijiex karta tal-flus ġenwina jew falza.

Moderatur: Interessanti ħafna, grazzi ferm tal-ispjegazzjoni tiegħek.