Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-25 ta’ Marzu 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Marzu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 268.6 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
24 ta’ Marzu 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 53 miljun | USD 48 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 350.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 1,073.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 28.1 biljun għal EUR 179.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 22.5 biljun għal EUR 292.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 59.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 60.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 225.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 246.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.5 biljun għal EUR 977.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-25 ta’ Marzu 2016 | Differenza mqabbla mat-18 ta’ Marzu 2016 – xiri | Differenza mqabbla mat-18 ta’ Marzu 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 19.4 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 8.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 165.7 biljun | +EUR 2.4 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 19.3 biljun | +EUR 0.2 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 643.3 biljun | +EUR 10.3 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 121.3 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 4.0 biljun għal EUR 543.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 338,713 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 309,172 | 1,319 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,653 | −3 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
229,519 | 1,323 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 27,881 | −1,648 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,846 | 400 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,846 | 400 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 517,369 | 926 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 60,574 | 899 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 456,744 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 51 | 27 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 112,130 | −2,054 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,327,808 | 12,425 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 977,742 | 12,520 | |
7.2 | Titoli oħra | 350,066 | −95 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 27,065 | 0 | |
9 | Assi oħra | 215,711 | 130 | |
Assi Totali | 2,897,696 | 11,497 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,073,293 | 6,487 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 768,415 | −17,582 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 543,217 | 4,023 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 225,140 | −21,595 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 58 | −11 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,378 | −380 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 269,851 | 26,140 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 179,749 | 28,076 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 90,102 | −1,936 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 56,701 | −2,026 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,636 | −1,044 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,659 | −204 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,659 | −204 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,179 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 211,927 | −178 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 346,172 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,485 | 286 | |
Total tal-passiv | 2,897,696 | 11,497 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja