Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-22 ta’ Mejju 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta’ Mejju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 271.2 biljun, wara t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 373.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 1,027.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 22.0 biljun għal EUR 92.1 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 5.8 biljun għal EUR 404.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 90.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 88.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 93.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 101.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.0 biljun għal EUR 398.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-22 ta’ Mejju 2015 | Differenza mqabbla mal-15 ta’ Mejju 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-15 ta’ Mejju 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 25.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 82.8 biljun | + EUR 2.0 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 6.2 biljun | + EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 134.2 biljun | + EUR 11.8 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 138.1 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 2.7 biljun għal EUR 303.6 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 383,965 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 302,385 | 861 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 82,292 | −7 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
220,093 | 868 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 38,884 | −606 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,033 | −181 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,033 | −181 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 497,228 | −2,222 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 88,398 | −2,225 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 408,748 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 82 | 3 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 131,502 | 1,248 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 771,725 | 13,865 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 397,968 | 13,965 | |
7.2 | Titoli oħra | 373,757 | −100 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,748 | 0 | |
9 | Assi oħra | 230,083 | 961 | |
Assi Totali | 2,402,553 | 13,925 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,027,646 | −1,279 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 396,593 | −10,734 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 303,607 | −2,669 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 92,984 | −8,066 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,522 | 24 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 157,041 | 24,523 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 92,076 | 22,046 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 64,965 | 2,477 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 28,291 | 147 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,436 | 356 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,980 | −112 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,980 | −112 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 60,656 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 218,096 | 1,138 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 403,298 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,994 | −137 | |
Total tal-passiv | 2,402,553 | 13,925 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja