Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Frar 2011
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Frar 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 182.1 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta’ Frar 2011 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 70 miljun | USD 70 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 329.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 823 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 24.1 biljun għal EUR 88.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 9.4 biljun għal EUR 403.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Frar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 165.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 213.7 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 68.2 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 71.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 24.4 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu fil-livell ta' EUR 137.2 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Frar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.5 biljun u EUR 60.7 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 27.4 biljun għal EUR 239.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 367,431 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 229,382 | 1,099 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 72,614 | −273 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
156,768 | 1,372 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 26,067 | −50 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,383 | −795 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,383 | −795 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 542,912 | 48,087 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 213,725 | 48,121 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 329,170 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2 | 2 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 16 | −36 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 48,758 | 1,907 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 466,848 | 1,722 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 137,167 | −30 | |
7.2 | Titoli oħra | 329,681 | 1,752 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,904 | −50 | |
9 | Assi oħra | 280,913 | −1,882 | |
Assi Totali | 2,015,599 | 50,039 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 822,995 | 1,571 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 379,076 | 66,155 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 239,304 | 27,431 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 71,446 | 47,030 | |
2.3 | Depożiti fissi | 68,220 | −8,280 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 105 | −26 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,546 | 5,278 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 95,804 | −24,190 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 88,053 | −24,067 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,752 | −123 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 43,071 | −1,485 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,099 | −761 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,682 | 1,991 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,682 | 1,991 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,552 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 181,461 | 1,444 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 331,532 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,781 | 37 | |
Total tal-passiv | 2,015,599 | 50,039 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja