Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema fl-10 ta’ Diċembru 2010

14 ta' Diċembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Diċembru 2010 it-tnaqqis ta’ EUR 29 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita numru 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 176.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
9 ta’ Diċembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 60 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 321.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4 biljuni għal EUR 828.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 96.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 80.5 biljun għal EUR 454.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Diċembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  179.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 197.3 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 63.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 68.1. Ukoll nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Diċembru mmaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 67 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 69 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 132.8 biljun minħabba xiri regolat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Diċembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 71.8 biljun u EUR 60.9 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 24.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 84.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Bħala riżultat tat-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 82.2 biljun għal EUR 268.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,383 −29
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 220,092 824
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,555 −72
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
150,537 896
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,803 152
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,260 678
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,260 678
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 547,560 21,768
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 197,283 17,589
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 349,674 4,449
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 597 −268
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 5 −2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 33,941 961
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 454,180 3,531
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 132,753 2,667
7.2 Titoli oħra 321,427 864
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,977 0
9 Assi oħra 281,466 −354
Assi Totali 1,951,661 27,531
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 828,472 3,950
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 361,438 23,518
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 268,096 82,249
2.2 Faċilità ta’ depożitu 24,100 −60,750
2.3 Depożiti fissi 69,000 2,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 242 19
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,673 −6,449
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 104,482 5,000
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 96,602 4,817
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,880 182
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,601 −227
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,103 −690
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,716 2,088
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,716 2,088
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0
10 Passiv ieħor 166,582 340
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0
12 Kapitali u riżervi 78,189 2
Total tal-passiv 1,951,661 27,531
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja