Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rati ċentrali ta’ l-euro u rati ta’ l-intervent obbligatorju fl-ERM II

29 ta' Mejju 2008

Wara d-deċiżjoni li ttieħdet fit-28 ta’ Mejju 2008 (ara l-komunikat ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rata ċentrali l-ġdida ta’ l-euro għall-koruna Slovakka fl-ERM II, il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska stabbilew, bi ftehim bejniethom, ir-rati l-ġodda ta’ l-intervent obbligatorju għall-koruna Slovakka fl-ERM II. Dan sar skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 73, 25.3.2006, p.21), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (ĠU C 14, 20.1.2007, p.6).

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-lats Latvjan u l-litas Litwana jibqgħu l-istess.

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-muniti ta’ l-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ mid-29 ta’ Mejju 2008

Pajjiż u munita EUR 1 =
Danimarka krone Daniż (DKK) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 7.62824 7.46038 7.29252
Estonja kroon Estonjan (EEK) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 17.9936 15.6466 13.2996
Latvja lats Latvjan (LVL) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 0.808225 0.702804 0.597383
Litwanja litas Litwana (LTL) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 3.97072 3.45280 2.93488
Slovakja koruna Slovakka (SKK) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 34.6449 30.1260 25.6071

Tagħrif dwar il-konvenzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-ERM II jinkisbu (bl-Ingliż) permezz ta’ din il-link: http://www.ecb.europa.eu/press/pr/date/2004/html/pr040628_1.en.html.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja