Id-dinja m'għadhiex taħdem b’mod sinkronizzat
Fil-valutazzjoni tagħna tal-istrateġija tal-politika monetarja ħarisna lejn kif il-forzi strutturali – kemm dawk familjari kif ukoll dawk ġodda – qed isawru mill-ġdid l-ekonomiji tagħna. Mhux daqshekk ilu, il-kummerċ ħieles, il-globalizzazzjoni u n-nuqqas ta’ kunflitti fuq skala kbira għamluha aktar faċli għall-banek ċentrali biex iżommu l-inflazzjoni taħt kontroll. Iżda issa l-inċertezza ġeopolitika li qed tiżdied u l-frammentazzjoni ekonomika li qed tikber qed jagħmluha aktar diffiċli biex wieħed ibassar kif l-inflazzjoni se tevolvi. Bħal orkestra li mhux qed iddoqq mar-ritmu, l-ekonomija globali m'għadhiex tiffunzjona bla xkiel kif kienet qabel. U dan huwa ħażin għall-ekonomiji tagħna u għandu impatt fuq l-inflazzjoni.