Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-6 ta’ Jannar 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset bi EUR 3.6 biljun għal EUR 282.8 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
5 ta’ Jannar 2017 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 4.3 biljun | USD 2.1 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 320.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 4.0 biljun għal EUR 1,122.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 110.2 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 21.3 biljun għal EUR 150.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 39.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 440.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 424.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.0 biljun għal EUR 1,666.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-6 ta’ Jannar 2017 | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 12.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 6.9 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 203.7 biljun | +EUR 0.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 22.9 biljun | +EUR 0.1 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 51.8 biljun | +EUR 0.8 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,265.6 biljun | +EUR 11.0 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 102.3 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 39.6 biljun għal EUR 928.6 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 382,062 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 326,551 | −1,303 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 78,711 | −41 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 247,839 | −1,262 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 31,894 | 1,175 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 18,470 | −612 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 18,470 | −612 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 590,825 | −5,048 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 34,006 | −5,125 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 556,570 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 249 | 77 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 70,918 | 1,814 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,986,976 | 12,077 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,666,075 | 12,049 | |
7.2 | Titoli oħra | 320,901 | 28 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,460 | 0 | |
9 | Assi oħra | 238,482 | 1,635 | |
Attiv totali | 3,672,638 | 9,737 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,122,223 | −3,993 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,369,150 | 55,886 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 928,578 | 39,591 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 440,534 | 16,326 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 38 | −31 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 8,864 | −563 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 213,812 | −6,948 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 110,214 | −4,665 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 103,597 | −2,283 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 167,363 | −38,315 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 5,702 | 2,058 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,701 | 1,400 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,701 | 1,400 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 59,263 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 221,331 | −71 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 394,418 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 99,811 | 283 | |
Passiv totali | 3,672,638 | 9,737 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja