Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-29 ta' Settembru 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta' Settembru 2017 it-tnaqqis ta’ EUR 32 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 4.1 biljun għal EUR 255.7 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għar-rivalutazzjoni trimestrali tal-assi u l-obbligazzjonijiet li pattew għal, u qabżu, iż-żieda ikkawżata mit-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta' likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta' tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
28 ta' Settembru 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta' 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 35 miljun |
USD 3,220 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 283.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3.4 biljun għal EUR 1,143.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 229.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 6.5 biljun għal EUR 119.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 5.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.5 biljun. Barra dan, ġew rimborżati qabel il-maturità EUR 4.2 biljun provduti fl-ewwel u t-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I u II) .
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 649 biljun (imqabbel ma’ EUR 647.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 7.2 biljun għal EUR 2,221.3 biljun. It-tabella ta' hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b'kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fid-29 ta' Settembru 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 1 |
EUR 7.0 biljun |
- |
-EUR 0.2 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 2 |
EUR 4.8 biljun |
- |
-EUR 0.0 biljun |
+EUR 0.0 biljun |
Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 3 |
EUR 231.3 biljun |
+EUR 1.5 biljun |
-EUR 0.4 biljun |
-EUR 0.6 biljun |
Programm ta' xiri ta' titoli koperti b'assi |
EUR 24.1 biljun |
+EUR 0.2 biljun |
-EUR 0.3 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta' xiri mis-settur korporattiv |
EUR 114.7 biljun |
+EUR 2.0 biljun |
- |
-EUR 0.3 biljun |
Programm ta' xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,748.1 biljun |
+EUR 12.4 biljun |
-EUR 0.5 biljun |
-EUR 6.8 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli |
EUR 91.4 biljun |
- |
- |
+EUR 0.2 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b'EUR 42.4 biljun għal EUR 1,175.2 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju u l-istrumenti finanzjarji (inkluża parti tal-investimenti f’titoli barra mill-programmi ta' xiri ta' assi) jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru.
L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2017 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,089.785 kull uqija fina
USD: 1.1806 kull EUR
JPY: 132.82 kull EUR
CNY: 7.8534 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.1969 kull SDR
NOTA: Bidla fil-politika tat-traduzzjoni
Wara li analizza l-użu limitat tan-nota spjegatorja f'lingwi oħra minbarra l-Ingliż, il-BĊE ddeċieda li jippubblika din in-nota bl-Ingliż biss mill-10 ta' Ottubru 2017, waqt li l-Gwida għall-Utent, li qabel kienet disponibbli biss bl-Inliż, ser tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Il-qarrejja jistgħu jkomplu jibagħtu domandi b'rabta mar-rapport finanzjarju ta' kull ġimgħa lil info@ecb.europa.eu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE u jirċievu risposta bl-istess lingwa.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 379,047 | 0 | −32 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 296,872 | 2,312 | −7,985 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 73,043 | −9 | −1,456 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 223,828 | 2,321 | −6,528 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 30,792 | −1,717 | −914 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,747 | 956 | −15 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,747 | 956 | −15 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 768,453 | −5,111 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 4,208 | −852 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 764,076 | −4,306 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 169 | 47 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 53,326 | −6,107 | 0 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,504,430 | 13,271 | −7,336 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 2,221,315 | 14,579 | −7,412 | |
7.2 | Titoli oħra | 283,115 | −1,308 | 76 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,673 | 0 | −62 | |
9 | Assi oħra | 242,284 | −162 | 3,312 | |
Attiv totali | 4,318,624 | 3,444 | −13,031 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,143,514 | 3,363 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,824,289 | −40,955 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,175,208 | −42,380 | 0 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 648,999 | 1,382 | 0 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 82 | 43 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9,749 | −908 | 0 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 351,877 | −10,446 | 0 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 229,591 | −6,590 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 122,287 | −3,856 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 231,097 | 57,530 | 3 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 5,915 | −2,675 | −134 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,397 | −73 | −288 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,397 | −73 | −288 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 55,649 | 0 | −1,056 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 218,893 | −2,392 | −4,590 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 364,946 | 0 | −6,967 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,297 | 0 | 0 | |
Passiv totali | 4,318,624 | 3,444 | −13,031 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja