Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-26 ta’ Mejju 2017

30 ta’ Mejju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Mejju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 278.5 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

26 ta’ Mejju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 6 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 40 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 296.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 1,124.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 32.2 biljun għal EUR 209.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 3.8 biljun għal EUR 194.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Mejju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 14.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 15.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 588.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 590.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.5 biljun għal EUR 2,002.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fis-26 ta’ Mejju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 8.3 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.8 biljun

-

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 219.3 biljun

+EUR 0.7 biljun

-EUR 0.6 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 23.7 biljun

+EUR 0.2 biljun

-EUR 0.4 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 89.2 biljun

+EUR 2.3 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,557.7 biljun

+EUR 11.3 biljun

-

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.4 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 10.0 biljun għal EUR 1,159.5 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,102 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 321,157 546
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,438 40
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 243,719 506
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,311 −2,347
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 15,905 −1,529
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 15,905 −1,529
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 783,458 1,961
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 15,916 1,939
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,304 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 238 22
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 75,885 −2,680
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,299,148 13,973
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,002,444 13,461
  7.2 Titoli oħra 296,704 512
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 239,346 67
Attiv totali 4,195,685 9,991
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,124,129 966
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,748,426 −11,838
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,159,489 −10,020
  2.2 Faċilità tad-depożitu 588,886 −1,837
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 51 18
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 10,273 655
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 353,144 38,620
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 209,286 32,176
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 143,858 6,444
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 145,494 −16,537
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,859 −814
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,099 −541
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,099 −541
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 226,883 −534
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 102,298 15
Passiv totali 4,195,685 9,991
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja