Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Mejju 2017

16 ta’ Mejju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Mejju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 21 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 279.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

11 ta’ Mejju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 296.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 1,124.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 26.6 biljun għal EUR 140.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 1.1 biljun għal EUR 180.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 14.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 13.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 600.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 600.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.8 biljun għal EUR 1,974.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-12 ta’ Mejju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 8.3 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.8 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 218.6 biljun

+EUR 1.2 biljun

-

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 23.8 biljun

+EUR 0.1 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 84.9 biljun

+EUR 1.5 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,534.8 biljun

+EUR 12.0 biljun

-

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.4 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 7.1 biljun għal EUR 1,165.6 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,102 −21
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 320,923 1,174
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,400 10
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 243,523 1,164
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,253 −2,324
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,039 277
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,039 277
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 781,232 −798
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 13,679 −750
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,304 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 248 −48
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 79,618 995
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,271,448 13,922
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,974,698 14,798
  7.2 Titoli oħra 296,750 −876
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 237,602 538
Attiv totali 4,170,588 13,763
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,124,664 −394
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,766,310 −6,741
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,165,598 −7,070
  2.2 Faċilità tad-depożitu 600,693 329
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 18 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 10,828 −1,526
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 283,056 27,043
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 140,845 26,629
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 142,211 414
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 170,484 −4,717
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,676 −424
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,132 −257
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,132 −257
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 227,166 845
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 102,195 −67
Passiv totali 4,170,588 13,763
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja