Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-16 ta’ Diċembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.8 biljun għal EUR 278.8 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
15 ta’ Diċembru 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 21 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.5 biljun | USD 4.3 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 323.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.0 biljun għal EUR 1,117.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 24.0 biljun għal EUR 168.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 34.5 biljun għal EUR 129.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 35.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 36.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 418.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 451.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.5 biljun għal EUR 1,644.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-16 ta’ Diċembru 2016 | Differenza mqabbla mad-9 ta’ Diċembru 2016 – xiri | Differenza mqabbla mad-9 ta’ Diċembru 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 13.0 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.0 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 204.0 biljun | +EUR 0.6 biljun | -EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 23.1 biljun | +EUR 0.4 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 50.6 biljun | +EUR 0.7 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,244.3 biljun | +EUR 16.3 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 102.0 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 10.6 biljun għal EUR 879.7 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 412,634 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 319,456 | 2,923 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,503 | 29 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 241,953 | 2,894 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 36,864 | 804 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 18,094 | 154 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 18,094 | 154 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 547,437 | 986 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 36,822 | 1,060 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 510,468 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 147 | −74 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 79,837 | −1,843 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,967,103 | 16,515 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,643,986 | 17,474 | |
7.2 | Titoli oħra | 323,117 | −959 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,437 | −2 | |
9 | Assi oħra | 222,870 | 1,422 | |
Attiv totali | 3,630,732 | 20,959 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,117,369 | 3,040 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,298,100 | −22,875 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 879,665 | 10,647 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 418,410 | −33,460 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 25 | −62 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 4,887 | 1,505 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 271,849 | 22,812 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 168,906 | 24,005 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 102,943 | −1,194 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 127,335 | 15,328 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 7,122 | 877 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 12,237 | 17 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,237 | 17 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,132 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 215,627 | 256 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 418,545 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 99,527 | 1 | |
Passiv totali | 3,630,732 | 20,959 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja