Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-29 ta’ April 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ April 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.2 biljun għal EUR 263.0 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
28 ta’ April 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 1,200 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu bi EUR 3.0 biljun għal EUR 346.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.0 biljun għal EUR 1,073.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 46.4 biljun għal EUR 115.8 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 30.8 biljun għal EUR 210.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ April 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 54.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 56.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 13.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 9.4 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 304.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 274.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.6 biljun għal EUR 1,060.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fid-29 ta’ April 2016 | Differenza mqabbla mat-22 ta’ April 2016 – xiri | Differenza mqabbla mat-22 ta’ April 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 19.1 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 8.4 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 172.3 biljun | +EUR 1.4 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 19.0 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 726.5 biljun | +EUR 17.6 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 114.7 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 15.5 biljun għal EUR 594.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 377,304 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 296,542 | 1,779 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,176 | −227 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
219,367 | 2,006 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,318 | 425 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,956 | −247 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,956 | −247 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 514,930 | −1,835 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 56,256 | 2,237 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 458,532 | −4,173 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 142 | 102 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 114,464 | 4,714 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,406,335 | 15,529 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,060,027 | 18,553 | |
7.2 | Titoli oħra | 346,308 | −3,025 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,979 | −6 | |
9 | Assi oħra | 213,931 | −2,783 | |
Assi Totali | 3,000,759 | 17,576 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,073,590 | 5,004 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 899,320 | 44,510 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 594,548 | 15,508 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 304,562 | 29,697 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 210 | −695 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,841 | −268 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 210,865 | −44,998 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 115,779 | −46,413 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 95,086 | 1,416 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 67,353 | 12,334 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,015 | 843 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,334 | 115 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,334 | 115 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 57,542 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 205,183 | −20 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 375,994 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,722 | 56 | |
Total tal-passiv | 3,000,759 | 17,576 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja