Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-5 ta’ Frar 2016

9 ta' Frar 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ Frar 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.9 biljun għal EUR 268.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
4 ta’ Frar 2016  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 90 miljun USD 90 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 352.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 1,065.0 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 17.9 biljun għal EUR 90.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 18.7 biljun għal EUR 293.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 69.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 61.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 232.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 221.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 878.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-5 ta’ Frar 2016 Differenza mqabbla mad-29 ta’ Jannar 2016 – xiri Differenza mqabbla mad-29 ta’ Jannar 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.1 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 152.9 biljun +EUR 2.4 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 17.7 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 557.3 biljun +EUR 13.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 122.0 biljun - -EUR 0.9 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 1.3 biljun għal EUR 555.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 304,782 −710
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,293 −1,208
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
225,489 498
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,865 −1,416
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,741 361
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,741 361
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 526,227 −7,811
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 61,227 −7,737
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 464,980 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 20 −74
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 113,184 −957
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,231,622 13,473
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 878,871 14,531
  7.2 Titoli oħra 352,750 −1,058
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,065 1,920
9 Assi oħra 215,714 −1,279
Assi Totali 2,811,913 3,582
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,064,979 2,368
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 788,007 9,621
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 555,172 −1,299
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 232,740 10,920
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 95 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,968 −114
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 180,809 −15,009
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 89,990 −17,942
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 90,819 2,933
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,514 6,025
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,791 −1,017
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,840 785
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 3,840 785
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0
10 Passiv ieħor 214,916 822
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0
12 Kapitali u riżervi 97,737 102
Total tal-passiv 2,811,913 3,582
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja