Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-18 ta’ Diċembru 2015

22 ta' Diċembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Diċembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.2 biljun għal EUR 265.4 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Diċembru 2015 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 135 miljun -
17 ta’ Diċembru 2015 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 21 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 925 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 358.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 1,074.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 17.5 biljun għal EUR 86.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 2.7 biljun għal EUR 349.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 69.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 68.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 11.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.7 biljun. Barra minn hekk, ġiet konkluża operazzjoni speċifika ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO) ta’ EUR 18.3 biljun b’maturità ta’ 1,015 jum.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) naqas b’EUR 0.1 biljun u kien qrib żero filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 188.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 174 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.2 biljun għal EUR 798.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-18 ta’ Diċembru 2015 Differenza mqabbla mal-11 ta’ Diċembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-11 ta’ Diċembru 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 20.6 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.7 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 143.4 biljun +EUR 1.5 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 15.6 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 486.7 biljun +EUR 11.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 122.6 biljun - -EUR 0.4 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 8.7 biljun għal EUR 550.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 348,851 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 295,409 −772
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,025 374
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
216,385 −1,146
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,441 1,492
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,726 132
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,726 132
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 538,174 17,557
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 68,570 −524
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 469,543 18,172
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 60 −91
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 122,546 −1,578
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,157,241 11,799
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 798,576 12,246
  7.2 Titoli oħra 358,664 −447
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,151 −1
9 Assi oħra 216,717 −1,310
Assi Totali 2,759,255 27,319
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,074,682 5,241
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 739,458 6,192
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 550,495 −8,665
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 188,823 14,857
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 141 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,143 −25
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 172,274 16,981
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 86,886 17,462
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 85,387 −481
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,194 112
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,967 −42
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,320 −486
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,320 −486
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,202 0
10 Passiv ieħor 217,080 −653
11 Kont tar-rivalutazzjoni 350,735 0
12 Kapitali u riżervi 97,200 0
Total tal-passiv 2,759,255 27,319
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja