Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Ottubru 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Ottubru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 262.4 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
29 ta’ Ottubru 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 140 miljun | USD 143 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 358.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.3 biljun għal EUR 1,053.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 19.7 biljun għal EUR 112.0 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 10.2 biljun għal EUR 373.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 65.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 68.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 21.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 18.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) naqas għal kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 157.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 169.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.5 biljun għal EUR 695.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-30 ta’ Ottubru 2015 | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Ottubru 2015 – xiri | Differenza mqabbla mat-23 ta’ Ottubru 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 20.8 biljun | - | -EUR 0.7 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 10.1 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 131.1 biljun | +EUR 3.0 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 14.6 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 393.6 biljun | +EUR 10.6 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 125.5 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 30.2 biljun għal EUR 474.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 348,850 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 289,898 | 2,560 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 78,809 | 186 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
211,089 | 2,373 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 38,913 | −2,627 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,179 | 799 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,179 | 799 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 531,213 | −1,108 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 68,451 | 2,543 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 462,721 | −3,626 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 41 | −24 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 138,707 | 1,682 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,053,791 | 10,462 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 695,668 | 12,493 | |
7.2 | Titoli oħra | 358,123 | −2,032 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,152 | 0 | |
9 | Assi oħra | 218,293 | −5 | |
Assi Totali | 2,664,996 | 11,762 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,053,867 | 3,287 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 632,707 | 18,934 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 474,465 | 30,235 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 157,834 | −11,557 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 408 | 256 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,011 | 4 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 199,202 | −17,243 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 111,977 | −19,668 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 87,225 | 2,424 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 43,008 | 4,689 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,159 | 102 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,048 | 130 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,048 | 130 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,202 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 216,857 | 1,862 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 350,735 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 97,201 | −1 | |
Total tal-passiv | 2,664,996 | 11,762 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja