Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ Awwissu 2015

1 ta' Settembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Awwissu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.3 biljun għal EUR 264.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
27 ta’ Awissu 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 132 miljun USD 135 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 359.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 1,053.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 16.8 biljun għal EUR 67.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 10.1 biljun għal EUR 373.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 69.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 70.1 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 40.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 33.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 2.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 154.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 169.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 11.6 biljun għal EUR 572.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-28 ta’ Awwissu 2015 Differenza mqabbla mal-21 ta’ Awwissu 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-21 ta’ Awwissu 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 111.1 biljun +EUR 1.9 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 11.1 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 289.5 biljun +EUR 9.8 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 127.6 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 9.9 biljun għal EUR 438.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,458 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 289,517 −2,748
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,206 −1
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
210,311 −2,747
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,977 4,070
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,334 −102
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,334 −102
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 528,468 −4,722
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 70,080 516
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 456,227 −7,298
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,161 2,060
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 131,821 1,863
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 931,683 12,667
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 572,456 11,607
  7.2 Titoli oħra 359,227 1,061
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,177 0
9 Assi oħra 227,346 −1,501
Assi Totali 2,558,780 9,527
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,053,233 −1,293
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 593,023 −4,857
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 438,505 9,913
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 154,386 −14,752
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 132 −17
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,774 −415
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 132,228 15,286
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,977 16,831
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 65,250 −1,545
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 33,933 −1,028
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,357 4
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,550 3
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,550 3
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 210,604 3,021
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 97,200 −1,193
Total tal-passiv 2,558,780 9,527
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja