Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-19 ta’ Ġunju 2015

23 ta' Ġunju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-19 ta’ Ġunju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 275.0 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
18 ta’ Ġunju 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 113.0 miljun USD 115.0 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 373.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 1,036.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 37.6 biljun għal EUR 110.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 14.9 biljun għal EUR 403.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Ġunju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 90.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.7 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 81.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 96.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 9.0 biljun għal EUR 451.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-19 ta’ Ġunju 2015 Differenza mqabbla mat-12 ta’ Ġunju 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-12 ta’ Ġunju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 23.7 biljun - - EUR 1.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.9 biljun - - EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 92.1 biljun + EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 8.3 biljun + EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 182.3 biljun + EUR 11.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 134.0 biljun - - EUR 4.1 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 14.3 biljun għal EUR 339.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 304,194 377
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,898 −427
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
222,296 804
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,300 −490
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,047 −1,038
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,047 −1,038
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 485,446 −374
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 89,658 −735
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 395,367 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 421 362
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 136,906 3,749
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 824,883 8,011
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 451,233 9,019
  7.2 Titoli oħra 373,650 −1,008
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,742 0
9 Assi oħra 229,463 −386
Assi Totali 2,451,947 9,850
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,036,078 1,934
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 421,283 −29,581
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 339,758 −14,322
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 81,405 −15,266
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 120 8
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,527 −47
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 175,359 39,918
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 110,483 37,552
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 64,876 2,367
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,781 15
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,287 −226
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,575 −764
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,575 −764
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 213,572 −3,157
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 98,531 1,758
Total tal-passiv 2,451,947 9,850
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja