Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-24 ta’ Jannar 2014

28 ta' Jannar 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Jannar 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 207.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għaddiet ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 355.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 5 biljun għal EUR 929.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 21.1 biljun għal EUR 93.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 40.1 biljun għal EUR 497.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 94.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 116.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 179 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 152.1 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 1 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 44 biljun (imqabbel ma’ EUR 36.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 233.5 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Jannar 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 177.4 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 40.9 biljun u EUR 15.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 25.4 biljun għal EUR 227.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 303,157 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 243,861 −1,898
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,583 −5
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,278 −1,893
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,296 671
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,114 128
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,114 128
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 693,177 20,618
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 116,281 21,543
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 576,717 −991
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 179 65
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 74,670 1,541
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 589,264 520
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 233,520 −515
7.2 Titoli oħra 355,743 1,035
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,287 0
9 Assi oħra 244,470 1,856
Assi Totali 2,221,296 23,436
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 929,924 −5,019
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 423,979 5,981
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 227,884 25,435
2.2 Faċilità ta’ depożitu 44,010 7,521
2.3 Depożiti fissi 152,067 −26,933
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 18 −42
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,113 −1,886
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 122,961 24,638
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 93,636 21,131
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 29,325 3,507
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 105,820 −314
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,289 −1,411
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,890 −36
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,890 −36
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,717 0
10 Passiv ieħor 223,179 1,533
11 Kont tar-rivalutazzjoni 262,876 0
12 Kapitali u riżervi 90,548 −50
Total tal-passiv 2,221,296 23,436
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja