Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2014 u Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Jannar 2014
Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2014
Wara l-adozzjoni tal-euro mil-Latvja, il-Latvijas Banka ingħaqad mal-Eurosistema fl-1 ta’ JAnnar 2014. Għalhekk, il-BĊE qed jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2014, li jinkludi ċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ tal-Latvijas Banka. Partiti li qabel kienu denominati fil-lats Latvjan tneħħew mill-partiti “denominati f’munita barranija” u tqiegħdu fil-partiti “denominati f’euro”. It-transazzjonijiet u l-bilanċi tal-kontijiet tar-residenti tal-Latvja tneħħew mill-partiti “barra ż-żona tal-euro” tal-karta tal-bilanċ u tqiegħdu mal-partiti taż-“żona tal-euro”. Barra dan, il-partita kapital u riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv) żdiedet meta mqabbla ma’ dik tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-31 ta’ Diċembru 2013 minħabba li l-Latvijas Banka issieħeb mal-Eurosistema.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | ||
---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 303,156 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 241,640 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,672 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
159,968 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,945 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,519 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,519 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 752,288 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 168,662 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 583,325 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 301 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 75,145 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 590,901 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 235,929 | |
7.2 | Titoli oħra | 354,972 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,287 | |
9 | Assi oħra | 245,160 | |
Assi Totali | 2,280,042 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | ||
---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 957,218 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 477,170 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 286,593 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 85,658 | |
2.3 | Depożiti fissi | 104,842 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 77 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,128 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 91,335 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 66,074 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 25,261 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 114,238 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,740 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,998 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 2,998 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,717 | |
10 | Passiv ieħor | 222,924 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 262,876 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,699 | |
Total tal-passiv | 2,280,042 |
Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Jannar 2014 (imqabbel mar-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2014)
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar sat-3 ta’ Jannar 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament kif kienet fil-livell ta’ EUR 204.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta' Jannar 2014 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 85 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 113 miljun | - |
3 ta' Jannar 2014 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 83 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 100 miljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 355.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 952.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 10.6 biljun għal EUR 55.5 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 2.5 biljun għal EUR 559.2 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fl-1 ta’ Jannar 2014), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 88.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 85.7 biljun fl-1 ta’ Jannar 2014).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu kważi l-istess, EUR 235.9 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Jannar 2014 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 178.8 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 41.6 biljun u EUR 15.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taz-zona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 12.4 biljun għal EUR 298.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 303,156 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 241,563 | −77 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,672 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
159,891 | −77 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,237 | 292 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,194 | −325 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,194 | −325 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 752,259 | -29 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 168,662 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 583,325 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 270 | −31 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 2 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 73,545 | −1,600 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 591,184 | 283 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 235,929 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 355,255 | 283 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,287 | 0 | |
9 | Assi oħra | 245,133 | −27 | |
Assi Totali | 2,278,560 | −1,482 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 952,900 | −4,318 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 492,037 | 14,868 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 298,943 | 12,351 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 88,213 | 2,554 | |
2.3 | Depożiti fissi | 104,842 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 39 | −37 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,239 | 111 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 81,007 | −10,328 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 55,494 | −10,580 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 25,513 | 252 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 114,211 | −27 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,791 | 51 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,170 | 172 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 3,170 | 172 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,717 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 220,911 | −2,013 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 262,876 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,701 | 3 | |
Total tal-passiv | 2,278,560 | −1,482 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja