Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Ottubru 2013

9 ta' Ottubru 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Ottubru 2013 iż-żieda ta’ EUR 23.9 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni kif ukoll għall-bejgħ ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 5 biljun għal EUR 207.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għall-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
4 ta’ Ottubru 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 325 miljun -

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 352.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 921.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 18.3 biljun għal EUR 76.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 5.2 biljun għal EUR 518.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 97 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 94.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 190.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru b’kemm jiswew EUR 187.5 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 3.2 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 55.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 52.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu ftit b’EUR 0.3 biljun għal EUR 247 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Ottubru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 188.2 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 43.1 biljun u EUR 15.7 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.6 biljun għal EUR 265.4 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-4 ta' Ottubru 2013 jidher fil-kolonna supplimentari " Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 989.078 kull uqija fina

USD: 1.3505 kull EUR

JPY: 131.78 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu (SDR): EUR 1.1363 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 343,919 −109 24,058
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 245,370 705 −5,326
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,492 −7 −1,053
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
161,878 712 −4,273
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,474 −606 −621
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,572 345 −29
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,572 345 −29
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 761,567 −5,737 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 94,466 −2,561 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 666,999 −3,157 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 101 −19 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 74,121 −7,155 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 599,900 −641 428
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 246,994 −244 534
7.2 Titoli oħra 352,907 −397 −106
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,328 0 −33
9 Assi oħra 252,329 −2,658 9,915
Assi Totali 2,350,580 −15,856 28,392
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 921,733 3,999 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 508,222 6,047 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 265,366 6,606 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 55,336 2,465 0
2.3 Depożiti fissi 187,500 −3,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 20 −25 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,045 −142 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 103,774 −15,846 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 76,582 −18,303 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 27,192 2,457 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 129,158 −5,706 −8
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,117 −292 −93
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,021 326 −106
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,021 326 −106
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,565 0 −674
10 Passiv ieħor 226,992 −4,241 9,419
11 Kont tar-rivalutazzjoni 304,534 0 19,854
12 Kapitali u riżervi 90,419 0 0
Total tal-passiv 2,350,580 −15,856 28,392
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja