Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-31 ta’ Mejju 2013

4 ta' Ġunju 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Mejju 2013 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-iskambju ta’ muniti tad-deheb f’ingotti tad-deheb li sar minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 218.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Mejju 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 346.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.9 biljun għal EUR 905.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.5 biljun għal EUR 102.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 12-il biljun għal EUR 541.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 103.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 103.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 201 biljun f’ depożiti fissi u nġabru b’kemm jiswew EUR 197 biljun f’depożiti ġodda, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 8.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 5.8 biljun.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 8.1 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 85.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 81 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 259 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija mill-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Mejju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 196.9 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 46 biljun u EUR 16.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 21.3 biljun għal EUR 273.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 435,315 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 255,100 1,131
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,412 −28
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
168,688 1,159
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,320 −1,304
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,935 −1,796
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,935 −1,796
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 824,113 −11,310
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 103,191 −208
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 720,897 −10,621
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 24 −482
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,534 −4,447
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 605,593 1,073
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 259,004 −150
7.2 Titoli oħra 346,589 1,222
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,012 0
9 Assi oħra 261,526 5,901
Assi Totali 2,549,449 −10,753
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 905,246 3,896
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 556,066 −20,617
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 273,354 −21,292
2.2 Faċilità ta’ depożitu 85,640 4,603
2.3 Depożiti fissi 197,000 −4,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 72 72
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,580 505
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 135,235 7,143
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 102,739 3,535
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 32,496 3,608
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 151,551 −5,795
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,457 −336
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,007 284
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,007 284
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,145 0
10 Passiv ieħor 235,705 4,168
11 Kont tar-rivalutazzjoni 406,635 0
12 Kapitali u riżervi 88,823 0
Total tal-passiv 2,549,449 −10,753
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja