Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ Mejju 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Mejju 2013 i d-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 222.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Mejju 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 345.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 905 biljuni. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 65.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 34.6 biljun għal EUR 554.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 105 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 110.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 202.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 201 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 5.2 biljun, b’maturità ta’ 28 ġurnata u ġiet konkluża waħda ġdida tal-istess ammont, b’maturità ta’ 35 ġurnata.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 95.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 124.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu bi EUR 0.2 biljun għal EUR 263.2 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Mejju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 201 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 46.1 biljun u EUR 16.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 37.5 biljun għal EUR 333.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 435,317 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 256,047 | 1,520 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,567 | −364 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
169,480 | 1,885 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 35,568 | 202 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,788 | 331 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,788 | 331 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 850,486 | 4,049 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 110,290 | 5,278 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 738,999 | −545 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,197 | −684 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 103,199 | −8,619 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 608,704 | 77 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 263,222 | −225 | |
7.2 | Titoli oħra | 345,482 | 302 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 29,018 | 0 | |
9 | Assi oħra | 265,151 | 598 | |
Assi Totali | 2,606,277 | −1,842 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 905,016 | 383 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 630,037 | 6,913 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 333,697 | 37,500 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 95,339 | −28,763 | |
2.3 | Depożiti fissi | 201,000 | −1,500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −324 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,549 | −516 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 95,167 | −9,696 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 65,648 | −6,696 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 29,519 | −3,000 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 165,364 | −1,386 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 7,072 | 1,458 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,479 | 30 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,479 | 30 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,145 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 240,807 | 882 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 406,635 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 89,007 | 90 | |
Total tal-passiv | 2,606,277 | −1,842 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja