Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Diċembru 2012

2 ta' Jannar 2013

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Diċembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 226.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 308.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 913.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 108.2 biljun.

Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-BĊE ħabbar li ser iżid il-kapital sottoskritt b’EUR 5 biljuni, b’seħħ mid-29 ta’ Diċembru 2010. Biex it-trasferiment tal-kapital lill-BĊE jsir bla xkiel, il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-kapital ta’ €3.5 biljun fi tliet pagamenti annwali. L-ewwel żewġ pagamenti ta’ EUR 1.2 miljun il-wieħed tħallsu fl-aħħar tal-2010 u l-2011, u l-aħħar pagament ta’ EUR 1.2 biljun tħallas fis-27 ta’ Diċembru 2012. Dan il-ħlas wassal għal bilanċji intra-Eurosistema, imma billi dawn il-bilanċji dejjem jiġu eliminati permezz tal-proċess ta’ konsolidazzjoni, l-ebda bidla minħabba din iż-żieda kapitali ma tidher taħt kapital u riżervi (il-partita tal-passiv 12) fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema. Madankollu, iż-żieda kapitali ser tiġi rifessa fil-kontijiet annwali tal-BĊE.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 15 biljun għal EUR 669 biljun. Nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 72.7 biljun, u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.7 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 208.5 biljun u nġabru depożiti ġodda b’ammont ta’ EUR 197.6 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 13.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 261.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 229.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu, EUR 276.8 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Diċembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.3 biljun, filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 52.1 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.6 biljun għal EUR 456.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 479,116 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 258,835 801
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 89,003 −3
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
169,832 804
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,615 −75
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,240 152
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,240 152
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,128,794 6,455
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 89,661 16,979
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,035,771 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3,362 −10,510
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −14
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 206,254 −2,038
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 585,132 −83
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 276,807 0
7.2 Titoli oħra 308,325 −83
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,008 0
9 Assi oħra 277,205 1,786
Assi Totali 3,018,198 6,998
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 913,677 2,914
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 915,849 −12,165
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 456,102 −33,578
2.2 Faċilità ta’ depożitu 261,689 32,304
2.3 Depożiti fissi 197,559 −10,941
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 500 50
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,796 −392
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 150,579 4,925
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 108,228 2,299
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 42,351 2,625
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 186,325 7,853
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,473 960
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,380 −507
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,380 −507
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,243 0
10 Passiv ieħor 240,501 3,410
11 Kont tar-rivalutazzjoni 452,824 0
12 Kapitali u riżervi 85,552 0
Total tal-passiv 3,018,198 6,998
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja