Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Marzu 2011
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Marzu 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3 biljun għal EUR 184.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 333.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 824.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.3 biljun għal EUR 91.6 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 30.6 biljun għal EUR 326 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Marzu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 119.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 124.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 77 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 17.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 43.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 24.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu fil-livell ta' EUR 138.2 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Marzu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77.5 biljun u EUR 60.7 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 29.6 biljun għal EUR 182.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 367,432 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 230,703 | 4,189 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 75,436 | 2,864 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
155,267 | 1,324 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 26,350 | −131 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,030 | 177 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,030 | 177 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 447,045 | −11,370 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 124,442 | 4,987 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 321,835 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 758 | −16,357 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 10 | −1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,838 | −661 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 471,262 | 1,505 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 138,191 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 333,070 | 1,505 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,904 | 0 | |
9 | Assi oħra | 291,655 | −6,768 | |
Assi Totali | 1,939,219 | −13,059 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 824,925 | 5,276 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 303,748 | −10,374 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 182,672 | −29,596 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 43,179 | 18,461 | |
2.3 | Depożiti fissi | 77,500 | 500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 397 | 261 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,569 | 731 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 99,316 | −6,433 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 91,620 | −6,317 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,696 | −116 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 43,361 | −945 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,916 | 613 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,906 | 465 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 14,906 | 465 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,552 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 180,564 | −2,804 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 331,533 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 79,831 | 412 | |
Total tal-passiv | 1,939,219 | −13,059 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja