Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta’ Frar 2011

1 ta' Marzu 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Frar 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 181.7 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
24 ta’ Frar 2011 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 70 miljun USD 70 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 331.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 819.6 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 97.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 3.8 biljun għal EUR 356.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Frar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  137 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 119.5 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 77 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Frar 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 38.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 39.8 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 17.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 14.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 24.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 34.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 138.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u titoli li mmaturaw skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Frar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77.5 biljun u EUR 60.7 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 9.9 biljun għal EUR 212.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,433 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 226,514 −939
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 72,572 −51
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
153,942 −888
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,481 39
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,853 529
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,853 529
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 458,415 −13,067
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 119,454 −17,560
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 321,835 1,544
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 17,115 2,942
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 11 8
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,499 −2,967
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 469,757 670
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 138,191 353
7.2 Titoli oħra 331,566 317
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,904 0
9 Assi oħra 298,423 9,522
Assi Totali 1,952,278 −6,213
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 819,649 198
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 314,122 −19,123
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 212,268 −9,877
2.2 Faċilità ta’ depożitu 24,718 −9,764
2.3 Depożiti fissi 77,000 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 136 17
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,837 −8
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 105,749 14,514
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 97,937 14,461
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,812 54
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,306 1,862
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,302 −841
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,441 −4
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,441 −4
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 183,368 −2,987
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,533 0
12 Kapitali u riżervi 79,419 175
Total tal-passiv 1,952,278 −6,213
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja