Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta’ Ġunju 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Ġunju 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 172.6 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 299.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 809.8 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 24.4 biljun għal EUR 155.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 30.8 biljun għal EUR 534.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 126.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 151.5 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 47 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 51 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 284.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 232 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.5 biljun għal EUR 115.1 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 4.2 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 1.3 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 50.6 biljun għal EUR 245.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 286,690 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 212,992 | −727 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 69,343 | −23 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
143,649 | −704 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,287 | 412 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,276 | −175 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,276 | −175 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 870,354 | 25,441 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 151,512 | 24,840 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 718,236 | 37 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 565 | 554 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 42 | 10 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 42,231 | 2,866 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 414,448 | 4,071 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 115,097 | 5,494 | |
7.2 | Titoli oħra | 299,351 | −1,423 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 35,576 | 0 | |
9 | Assi oħra | 247,391 | −2,383 | |
Assi Totali | 2,154,245 | 29,505 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 809,750 | 825 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 580,559 | 5,646 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 245,063 | −50,620 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 284,357 | 52,312 | |
2.3 | Depożiti fissi | 51,000 | 4,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 138 | −46 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,038 | −6 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 163,543 | 23,980 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 155,424 | 24,405 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,119 | −425 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,429 | −365 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 957 | −95 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,648 | −50 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 14,648 | −50 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,033 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 162,161 | −431 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 249,205 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 77,922 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,154,245 | 29,505 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja