Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-12 ta’ Diċembru 2008

16 ta' Diċembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Diċembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 21 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 15.2 biljun għal EUR 374.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment tal-likwidità. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 75.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 57.4 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.8 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 20.3 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 18.9 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 27.5 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ DKK 17.6 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-muniti, bejn il-BĊE u d-Danmarks Nationalbank.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 121.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 743.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.4 biljun għal EUR 112.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 131.3 biljun għal EUR 678.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 339.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 217.9 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien speċjali ta’ EUR 20.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 134.9 biljun. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 55.9 biljun, bl-istess maturità. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 38.1 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 159.2 biljun (meta mqabbel ma’ 250.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 121.9 biljun għal EUR 298.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 219,949 −21
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 156,544 −5,611
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,541 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
144,003 −5,611
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 238,392 −10,462
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,476 −582
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,476 −582
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 837,406 39,825
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 218,560 −121,666
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 616,131 160,810
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,669 714
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 45 −33
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,071 −942
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,443 483
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,491 0
9 Assi oħra 376,066 −5,376
Assi Totali 2,053,837 17,314
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 743,506 2,999
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 457,779 30,457
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 298,543 121,888
2.2 Faċilità ta’ depożitu 159,161 −91,337
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 75 −94
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,202 5,029
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 123,766 −2,079
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 112,860 −3,415
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,906 1,336
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 300,808 −14,288
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,276 1,783
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,138 −2,651
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,138 −2,651
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 161,602 −3,938
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,692 3
Total tal-passiv 2,053,837 17,314
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja