Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-20 ta' Ottubru 2006

24 ta' Ottubru 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Ottubru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 112 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 152 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 81 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.9 biljuni għal EUR 591 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.8 biljun għal EUR 66.9 biljun.

Barra dan, dwar ir-Rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tat-13 ta’ Ottubru 2006 (ippubblikat fis-17 ta’ Ottubru 2006) wieħed għandu jinnota li Krediti oħra denominati f’euro kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 10,059 miljun, minflok EUR 9,059 miljun, u li Assi oħra (il-partita nru. 9 ta’ l-attiv) kellhom juru EUR 200,088 miljun, minflok EUR 201,088 miljun.

Ittieħed kont ta’ dawn iċ-ċifri aġġustati fid-“Differenzi meta mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba transazzjonijiet” fir-Rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 10.5 biljun għal EUR 438.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  308 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 318.5 biljun.

Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 168.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 175,206 −112
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,008 415
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 11,254 −593
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,754 1,008
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,958 −807
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,793 868
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 10,793 868
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 438,503 10,498
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 318,500 10,498
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,001 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −2
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,907 −1,152
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,953 −438
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,022 0
9 Assi oħra 201,931 1,843
Assi Totali 1,121,281 11,115
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 591,005 −1,909
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 168,199 2,206
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 168,188 2,230
2.2 Faċilità ta’ depożitu 10 −25
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121 −1
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 75,338 10,312
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,897 9,800
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,441 512
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,921 −161
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 99 2
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,142 299
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,142 299
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,701 0
10 Passiv ieħor 69,458 366
11 Kont tar-rivalutazzjoni 123,721 0
12 Kapitali u riżervi 64,576 1
Total tal-passiv 1,121,281 11,115
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja