Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tas-26 ta' Mejju 2006

30 ta' Mejju 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Mejju 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 51 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u l-ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 157.4 biljun.

L-investimenti ta’ Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) baqgħu prattikament l-istess jiġifieri EUR 93.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 570.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 52.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 8.3 biljun għal EUR 411.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Mejju 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  283 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 291.5 biljun.

Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun u EUR 0.1 biljun rispettivament fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.5 biljun għal EUR 162.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 179,496 −51
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 146,999 −1,164
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 11,696 1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
135,303 −1,165
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,349 −567
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,256 474
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,256 474
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 411,510 8,219
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 291,501 8,502
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,003 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −290
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 6 6
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,777 −48
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,544 −15
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,568 0
9 Assi oħra 167,595 837
Assi Totali 1,084,094 7,685
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 570,269 1,704
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 162,499 2,450
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 162,470 2,486
2.2 Faċilità ta’ depożitu 21 −44
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 8 8
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 166 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,946 4,619
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 52,387 4,596
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,559 23
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,781 488
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 197 0
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,939 −1,693
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,939 −1,693
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,825 0
10 Passiv ieħor 66,232 117
11 Kont tar-rivalutazzjoni 132,437 0
12 Kapitali u riżervi 62,803 0
Total tal-passiv 1,084,094 7,685
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja