Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat tal-31 ta' Marzu 2006

5 ta' April 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2006, iż-żieda ta’ EUR 17.7 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, wara bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.7 biljun għal EUR 155.3 biljun. It-tnaqqis kien ikkawżat prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrili ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, waqt li transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.3 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 94.8 biljun, u dan kien fil-parti l-kbira dovut għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.9 biljun għal EUR 557.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 55.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 4.3 biljun għal EUR 403.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Marzu 2006, immmaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  298 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 284 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Marzu 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (ukoll imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 4.2 biljun għal EUR 155.8 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju ta’ flus barranin, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba rivalutazzjonijiet". Il-prezz tad-deheb u r-rati prinċipali tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 482.485 għal kull uqija fina

USD 1.2104 għal kull EUR

JPY 142.42 għal kull EUR

Drittijiet Speċjali ta’ Kreditu (SDRs): EUR 1.1910 għal kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 180,785 −205 17,902
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,696 −2,207 −4,141
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,100 −94 −259
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,596 −2,113 −3,882
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,763 −544 −573
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,389 −382 −13
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 11,389 −382 −13
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 404,053 −3,975 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 284,000 −14,001 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 9,982 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 53 53 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −9 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,914 794 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,845 147 −617
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,570 9 −26
9 Assi oħra 159,462 2,234 2,947
Assi Totali 1,067,477 −4,130 15,480
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 557,150 3,891 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 156,118 −3,808 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 155,762 −4,153 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 355 344 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 136 −22 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,071 −3,063 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 55,251 −3,125 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,820 62 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,709 874 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 148 11 −10
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 9,178 −2,460 −189
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,178 −2,460 −189
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,825 0 −95
10 Passiv ieħor 66,706 517 2,450
11 Kont tar-rivalutazzjoni 132,437 0 13,324
12 Kapitali u riżervi 61,999 −70 0
Total tal-passiv 1,067,477 −4,130 15,480
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja