Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' L-Eurosistema tat-30 ta' Diċembru 2005

4 ta' Jannar 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Diċembru 2005, iż-żieda netta ta’ EUR 15.7 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet b’mod ewlieni l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, iżda wkoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema fi flus barranin (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2 biljuni għal EUR 163.1 biljun. Iż-żieda kienet dovuta l-aktar għall-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-assi u tal-passivi.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 92.4 biljun, fil-parti l-kbira minħabba transazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 565.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 34.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1.7 biljun għal EUR 405.7 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Diċembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  314 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 315 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn ukoll fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.6 biljun għal EUR 155.3 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem is-sena ta’ l-assi u tal-passivi ta’ l-Eurosistema

B’mod konformi mar-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti ta’ titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema huma rivalutati bir-rati u bil-prezzijiet tas-suq ta’ tmiem kull perijodu ta’ tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-aħħar ta’ l-2005 huwa muri fil-kolonna addizzjonali “Id-differenza meta mqabbla mal-ġimgħa ta' qabel minħabba r-rivalutazzjonijiet”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ta’ kambju prinċipali użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 434.856 għal kull uqija fina

USD: 1.1797 għal kull EUR

JPY: 138.90 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta' prelevament: EUR 1.2099 għal kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 163,881 −27 15,775
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 154,141 236 1,891
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,391 −148 99
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
137,750 384 1,792
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,694 −555 289
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,185 −79 −25
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,185 −79 −25
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 405,967 1,948 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 315,001 999 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 90,017 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 949 949 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,635 135 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,367 −1,495 −573
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,113 −135 −26
9 Assi oħra 145,169 940 104
Assi Totali 1,038,152 967 17,436
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 565,216 −2,746 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 155,535 4,803 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 155,283 4,569 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 252 234 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 207 0 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,767 −1,709 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 34,190 −1,369 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,577 −340 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,224 860 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 367 −122 9
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 8,405 −212 193
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,405 −212 193
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,920 0 35
10 Passiv ieħor 70,043 167 1,835
11 Kont tar-rivalutazzjoni 119,113 0 15,364
12 Kapitali u riżervi 58,355 −74 0
Total tal-passiv 1,038,152 967 17,436
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja