Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jiffissaw ir-rati tal-imgħax)

Diċembru 2008

Kwistjonijiet operazzjonali

Emenda għall-Ftehim dwar il-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-Tielet Stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Fit-8 ta’ Diċembru 2008, ġie ffirmat Ftehim li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 (kif kien emendat l-aħħar fl-20 ta’ Diċembru 2007) bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li stabbilixxa l-proċeduri għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-Tielet Stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-Ftehim se jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Bidliet fil-qafas operazzjonali tal-politika monetarja

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jibqa’ jagħmel operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs) bħala sejħiet għall-offerti b’rata fissa u b’allokazzjoni sħiħa lilhinn mill-perijodu ta’ manteniment li jintemm fl-20 ta’ Jannar 2009 sakemm ikun meħtieġ, u mill-inqas sal-aħħar allokazzjoni tat-tielet perijodu ta’ manteniment tal-2009 fil-31 ta’ Marzu. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jerġa’ jistabbilixxi l-istess faxxa ta’ qabel, tal-faċilitajiet permanenti li fid-9 ta’ Ottubru 2008 kienet tnaqqset għal 100 punt madwar ir-rata tal-imgħax prevalenti tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament għal 200 punt madwar ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament. Għalhekk, mill-21 ta’ Jannar, ir-rata tal-faċilità tas-self marġinali se tiżdied minn 50 għal 100 punt bażi ogħla mir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament, u r-rata tal-faċilità tad-depożitu se titnaqqas minn 50 għal 100 punt bażi taħt ir-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament. Stqarrija għall-istampa relatata ġiet ippubblikata fit-18 ta’ Diċembru 2008 u hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Sistemi tal-pagament u Infrastruttura tas-suq

Ktejjeb dwar il-Mudell tal-Attività Bankarju Ċentrali Korrispondenti (CCBM)

Fil-15 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ verżjoni aġġornata tal-ktejjeb imsejjaħ “Proċeduri tas-CCBM għall-kontropartijiet tal-Eurosistema”, fil-websajt tal-BĊE f’Diċembru 2008.

Aġġornament tal-lista tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli eliġibbli fiż-żona tal-euro

Fis-17 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv aġġorna l-istima tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli li huma eliġibbli għas-saldu tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema meta mqabbla mal-istandards ippubblikati fl-1998. Stqarrija għall-istampa ġiet ippubblikata illum fil-websajt tal-BĊE.

Ikklerjar Ċentrali tal-Kontropartijiet (CCP) għad-derivati tal-kreditu OTC

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv qies il-ħtieġa li tissaħħaħ l-infrastruttura għad-derivati barra l-borża (OTC) minħabba l-importanza sistemika tagħhom u laqa’ l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea maħsuba biex jintroduċu faċilitajiet Ewropej għall-ikklerjar ċentrali tal-kontropartijiet għad-derivati tal-kreditu OTC. Skond id-dikjarazzjoni tiegħu ta’ Settembru 2001 dwar il-konsolidament tal-ikklerjar ċentrali tal-kontropartijiet u wara r-riżultat ta’ laqgħa li saret fil-BĊE fit-3 ta’ Novembru 2008 (it-tnejn disponibbli fil-websajt tal-BĊE), il-Kunsill Governattiv ikkonferma li kien jeħtieġ mill-inqas CCP wieħed Ewropew għad-derivati tal-kreditu u li, minħabba l-importanza sistemika potenzjali tas-sistemi tal-ikklerjar u s-saldu tat-titoli, din l-infrastruttura għandha titwaqqaf fiż-żona tal-euro.

L-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni

Rapport tal-Kumitat għas-Superviżjoni Bankarja (BSC) dwar l-istruttura tal-inċentivi tal-mudell ‘originate and distribute’

Fl-4 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-BSC dwar l-istruttura tal-inċentivi tal-mudell “originate and distribute”. Ir-rapport jippreżenta l-iżviluppi ewlenin f’dan il-mudell kemm qabel, kif ukoll waqt, it-taqlib fis-swieq finanzjarji, u janalizza l-istruttura tal-inċentivi tal-parteċipanti ewlenin involuti u l-kunflitti ta’ interess potenzjali fis-suq finanzjarju strutturat. Fl-aħħarnett iqis l-azzjonijiet possibbli tas-suq u tal-pubbliku biex jittaffa l-allinjament ħażin tal-inċentivi, kif identifikat. Ir-rapport ġie ppubblikat fil-15 ta’ Diċembru 2008 u hu disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Rapport tal-BSC dwar bonds garantiti fl-UE

Fil-5 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-BSC dwar bonds garantiti fl-UE. Ir-rapport, li jiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-bonds garantiti u jiddiskuti fil-qosor id-differenzi bejnhom u bejn it-titoli investiti f’assi, janalizza l-iżviluppi fuq żmien twil u dawk iżjed reċenti fis-swieq tal-bonds garantiti fl-UE u jinvestiga l-implikazzjoni tagħhom għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-UE. Ir-rapport jisħaq b’mod speċjali fuq l-iżjed żviluppi reċenti fis-swieq tal-bonds garantiti kif ukoll, b’mod partikolari l-prestazzjoni tagħhom waqt it-taqlib tas-swieq sa nofs Novembru 2008. Ir-rapport ġie ppubblikat fil-websajt tal-BĊE fis-17 ta’ Diċembru 2008.

Rapport tal-BSC dwar is-swieq tal-proprjetà kummerċjali

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv approva r-rapport tal-BSC dwar is-swieq tal-proprjetà kummerċjali u awtorizza l-pubblikazzjoni tiegħu. Ir-rapport jiddiskuti l-iżviluppi strutturali u dawk iżjed reċenti fis-swieq tal-proprjetà kummerċjali fl-UE, janalizza l-iskopertura relatata tal-banek tal-UE, u jinvestiga l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi fis-swieq tal-proprjetà kummerċjali għall-istabbiltà tas-sistema bankarja tal-UE. Ir-rapport ġie ppubblikat illum fil-websajt tal-BĊE.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar garanziji tal-gvern fuq dejn bankarju u fuq il-prezz tar- rikapitalizzazzjonijiet

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jippubblika żewġ sensiliet ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-għoti ta’ garanziji tal-gvern fuq dejn bankarju u fuq il-prezz ta’ rikapitalizzazzjonijiet li kien ħejja biex isostni l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' Pariġi tat-12 ta' Ottubru 2008. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet, li ġew trasmessi lill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej rilevanti, huma disponibbli fil-websajt tal-BĊE.]

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi fl-istatuti tal-Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

Fil-21 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Българска народна банка (Bulgarian National Bank), il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi fl-istatuti tal-Българска народна банка (Bulgarian National Bank) bi tħejjija għall-introduzzjoni tal-euro (CON/2008/73). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni relatata ma’ garanzija tal-Istat fil-Belġju

Fil-21 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Ministeru Belġjan tal-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar garanzija tal-Istat maħsuba biex tevita ħruġ ta’ likwidità mill-pajjiż (CON/2008/74). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Finlandiża dwar investimenti ta’ kapital tal-Istat f’banek tad-depożiti

Fl-24 ta' Novembru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Finlandiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-investiment ta’ kapital tal-Istat f’banek tad-depożiti (CON/2008/75). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ta’ stabbiltà finanzjarju fis-Slovenja

Fil-25 ta' Novembru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar garanziji tal-Istat u miżuri oħra biex tinżamm l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja (CON/2008/76). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Komunitarja relatata ma’ għajnuna finanzjarja fuq żmien medju

Fil-25 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Kunsill tal-UE, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri (CON/2008/77). Din l-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni relatata mas-sistemi tal-pagament u s-saldu fil-Bulgarija

Fis-26 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Българска народна банка (Bulgarian National Bank), il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-rwol tal-Българска народна банка (Bulgarian National Bank) għal dak li għandu x’jaqsam ma’ istituzzjonijiet tal-pagament u operaturi tas-sistemi tal-pagament, u s-superviżjoni tas-sistemi tal-pagament u s-saldu (CON/2008/78). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Griega maħsuba biex ittejjeb il-likwidità fl-ekonomija

Fis-27 ta' Novembru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Grieg, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri għat-titjib tal-likwidità fl-ekonomija (CON/2008/79). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri tal-Istat għas-sostenn tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Polonja

Fit-28 ta' Novembru 2008, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Pollakk, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-provvediment ta’ sostenn tat-Teżor tal-Istat għall-istituzzjonijiet finanzjarji (CON/2008/80). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ta’ stabbiltà finanzjarja fl-Ungerija

Fl-1 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ungeriż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja intermedjarja biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja (CON/2008/81). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-regoli għall-pagament tal-qligħ tal-Banco de España

Fit-2 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-pagament tal-qligħ tal-Banco de España lit-Teżor (CON/2008/82). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar bidliet fl-istatuti tal-Magyar Nemzeti Bank

Fit-2 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ungeriż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-allinjament tal-istatuti tal-Magyar Nemzeti Bank mal-liġi Komunitarja (CON/2008/83). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Komunitarja fir-rigward ta' istituzzjonijiet monetarji elettroniċi

Fil-5 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar direttiva dwar it-twaqqif, l-attività u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju ta’ istituzzjonijiet monetarji elettroniċi (CON/2008/84). Din l-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Franċiża relatata ma’ strumenti finanzjarji

Fit-8 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tal-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Industrija u l-Impjieg, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-qafas legali għall-istrumenti finanzjarji (CON/2008/85). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni ta’ flus kontanti fis-Slovakja

Fit-8 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tan-Národná banka Slovenska, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ flus kontanti (CON/2006/86). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni fir-rigward ta’ pagamenti u saldu ta’ titoli fi Spanja

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, fuq talba tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi għall-Liġi fir-rigward ta’ sistemi ta’ pagament u saldu ta’ titoli (CON/2008/87). Din l-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

Programm ta’ assistenza teknika tal-Eurosistema mas-Central Bank of Egypt

Fl-24 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv approva Memorandum ta’ Ftehim (MoU) bejn il-BĊE u s-Central Bank of Egypt li jistabbilixxi programm ta’ tliet snin għal assistenza teknika tal-Eurosistema għat-tisħiħ tas-superviżjoni bankarja fl-Eġittu. L-MoU ġie ffirmat mill-President Trichet u mill-Gvernatur tas-Central Bank of Egypt f’ċerimonja uffiċjali fil-Kajr fis-26 ta’ Novembru 2008. Stqarrija għall-istampa ġiet ippubblikata fl-istess jum u hi issa disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Governanza Korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Fil-5 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-UE dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (BĊE/2008/19). Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fis-17 ta’ Diċembru 2008 u hi disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2009

Fil-11 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Linja Gwida tal-BĊE dwar rappurtar finanzjarju u dak tal-kontabilità

Fil-11 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Linja Gwida li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar finanzjarju u dak tal-kontabilità fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2008/21). Il-Linja Gwida se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-kontijiet annwali tal-BĊE

Fil-11 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/22). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar is-sehem perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni dwar is-sehem perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/23). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-ħlas tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (BĊE/2008/24). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar it-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2008/25). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2008/26). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-valur akkumulat tal-ishma tal-BĊE u aġġustamenti relatati mal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward tal-assi tar-riżervi barranin

Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribut għall-valur akkumulat tal-ishma tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin trasferiti (BĊE/2008/27). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-ħlas sħiħ tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti

Fil-15 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Ġenerali adotta Deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2008/28). Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjonjieti dwar posponiment tal-bidu tas-sistema ta’ rotazzjoni fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE u dwar l-aspetti ewlenin għall-implimentazzjoni futura tagħha

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jkompli bis-sistema attwali ta’ votazzjoni u adotta d-Deċiżjoni tal-BĊE li tipposponi l-bidu tas-sistema ta’ rotazzjoni fil-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/29). Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE. Fl-istess ħin, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar l-aspetti ewlenin għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rotazzjoni li se tkun parti minn deċiżjoni li għandha tiġi adotttata iżjed ’l quddiem. Stqarrija għall-istampa ġiet ippubblikata fit-18 ta’ Diċembru 2008 u hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Presidenza tal-Kumitat għar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IRC)

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur José Viñals, bħalissa Deputat Gvernatur tal-Banco de España, bħala President tal-IRC mill-1 ta’ Jannar 2009. Il-mandat tiegħu bħala President tal-IRC jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2010, biex jikkoinċidi mal-iskadenza tal-perijodu tal-ħatra tal-presidenti l-oħra kollha tal-kumitati Eurosistema/SEBĊ, li kienu (reġgħu) inħatru mill-Kunsill Governattiv fid-19 ta’ Lulju 2007 għal perijodu ta’ tliet snin.

Baġit u pjan tal-akkwisti għall-2009 tal-Uffiċċju għall-Koordinament tal-Akkwisti tal-Eurosistema (EPCO)

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv approva l-baġit u l-pjan tal-akkwisti tal-EPCO għall-2009.

Ħruġ ta’ karti tal-flus u ta’ muniti

Rapport annwali tal-progress dwar il-qafas għall-identifikazzjoni ta’ flus foloz u l-għażla skond il-kondizzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u minn professjonisti oħra fil-maniġġ tal-flus

Fil-11 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv, wara li nnota li sar progress tajjeb fl-2008 fl-implimentazzjoni formali tal-Qafas għar-Riċiklaġġ tal-Karti tal-flus (BRF) fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-applikazzjoni tiegħu minn dawk li lilhom hu indirizzat il-BRF, iddeċieda li l-banek ċentrali nazzjonali kellhom jibqgħu jissorveljaw il-konformità mal-BRF min-naħa tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u professjonisti oħra fil-maniġġ tal-flus fl-2009.

Proġett tal-bini l-ġdid tal-BĊE

Tiġdid tal-proċess tas-sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-kostruzzjoni

Fit-28 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv ħabbar id- deciżjoni tiegħu li jġedded il-proċess tas-sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-BĊE fi Frankfurt am Main, b’madwar 15-il sejħa differenti għall-offerti li għandhom isiru tul l-2009. Fi tmiem l-2009, il-Kunsill Governattiv se jiddeċiedi jekk għandux ikompli bil-proġett jew le.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja