Il-protezzjoni ambjentali fil-Bank Ċentrali Ewropew
Aħna wkoll għandna rwol x’naqdu fil-protezzjoni tal-ambjent u fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi nnaqqsu l-impronta organizzazzjonali tagħna.
Fl-2007, biex intejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nnaqqsu kemm jista’ jkun l-impronta tal-karbonju tagħna, aħna implimentajna politika ambjentali interna. Mill-2010 ’l hawn, aħna rreġistrajna ruħna wkoll fl-Iskema Ewropea ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi.
Aqra l-aktar dikjarazzjoni ambjentali reċenti tagħnaDaqqa t'għajn lejn l-impronta tal-karbonju operazzjonali tal-BĊE
Ir-rwol tal-BĊE fil-protezzjoni tal-ambjent
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Il-BĊE kif qed irawwem il-protezzjoni ambjentali?
Il-politika ambjentali tagħna timpenjana li nnaqqsu l-impronta tal-karbonju operazzjonali u li ntejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-BĊE. Il-progress huwa xprunat mis-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali tal-BĊE, iċċertifikata bl-ISO 14001 u rreġistrata mal-EMAS. L-objettiv tagħna għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030 jiddependi fuq metodoloġiji bbażati fuq ix-xjenza.
Aqra l-politika ambjentali tagħnaX'inhu l-fokus ambjentali tal-BĊE għall-2025-2027?
Il-protezzjoni ambjentali fil-BĊE dieħla f’ċiklu ġdid, iggwidata mill-Programm ta' Ġestjoni Ambjentali l-ġdid tagħna għall-2025-2027. Filwaqt li jibni fuq l-esperjenza preċedenti, il-programm għandu l-għan li jkompli jnaqqas l-impatt ambjentali tal-organizzazzjoni tagħna billi jiffoka fuq is-sitt aspetti ppreżentati hawn taħt. L-azzjonijiet tagħna biex intejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna stess se jkunu ggwidati mill-Programm ta’ Ġestjoni Ambjentali l-ġdid 2025-2027.
TRID TKUN TAF AKTAR?
ARA L-ISTQARRIJIET PREĊEDENTI TAGĦNA
31 July 2025
ECB Environmental Statement 2025
16 August 2024
2024 update of the ECB’s Environmental Statement
28 July 2023
2023 update of the ECB's Environmental Statement
29 July 2022
ECB Environmental Statement 2022
26 July 2021
2021 update of the ECB's Environmental Statement
ARA WKOLL
IL-PROTEZZJONI AMBJENTALI FIL-BĊE U F'ISTITUZZJONIJIET OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA
Karatteristiċi tal-iffrankar tal-enerġija tal-bini ewlieni tagħna
Kun af kif nirriċiklaw l-enerġija, is-sħana u l-ilma tax-xita biex l-iskyscraper tagħna jirrispetta l-ambjent kemm jista' jkun.
Sir af aktar dwar kif aħna nirriċiklaw l-enerġijaKollaborazzjoni interistituzzjonali
Sir af aktar dwar kif il-BĊE u istituzzjonijiet Ewropej oħra rreġistrati mal-EMAS jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-impronti ekoloġiċi tagħna.
Aktar dwar il-kollaborazzjoni interistituzzjonali