EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32015O0039
Guideline (EU) 2016/231 of the European Central Bank of 26 November 2015 amending Guideline ECB/2011/23 on the statistical reporting requirements of the European Central Bank in the field of external statistics (ECB/2015/39)
Linja Gwida (UE) 2016/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2015/39)
Linja Gwida (UE) 2016/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2015/39)
ĠU L 41, 18.2.2016, p. 28–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
18.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/28 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/231 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta' Novembru 2015
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2015/39)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u 3.3, l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 8 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-istatistiċi esterni qegħdin dejjem iktar jintużaw għal għanijiet li mhumiex ta' politika monetarja, inkluża l-analiżi makroprudenzjali u l-monitoraġġ ta' żbilanċi ekonomiċi eċċessivi. Dawn l-attivitajiet, kif ukoll attivitajiet oħrajn fil-qasam tal-kooperazzjoni u r-riċerka internazzjonali, se jiġu ffaċilitati permezz tal-pubblikazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew tal-aggregati taż-żona tal-euro kkompilati fuq il-bażi tal-Linja Gwida BĊE/2011/23 (2) u tad-dejta nazzjonali miġbura f'dan ir-rigward. |
(2) |
Minħabba l-bilanċ bejn il-mertu u l-ispejjeż, it-tnaqqis tal-perijodu ta' rapportar għat-trażmissjoni tal-bilanċ tal-pagamenti trimestrali u d-dejta tal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali li kellu jibda japplika mill-2019 skont il-Linja Gwida BĊE/2011/23, mhux se jibqa' jiġi applikat. |
(3) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2011/23 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2011/23 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif gej:
|
3. |
L-Artikolu 3(2) huwa emendat kif gej:
|
4. |
L-Artikolu 3a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 3a Trażmissjoni u pubblikazzjoni tad-dejta mill-BĊE 1. Il-BĊE għandu jibgħat lill-BĊNi l-aggregati taż-żona tal-euro illi jippubblika, kif ukoll is-settijiet ta' dejta nazzjonali pubblikabbli miġbura taħt l-Artikolu 2. 2. Il-BĊE jista' jippubblika settijiet ta' dejta nazzjonali pubblikabbli wara l-pubblikazzjoni tal-aggregati taż-żona tal-euro rispettivi”; |
5. |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej: “3. Meta d-dejta għal partita fit-Tabelli 1 sa 5 tal-Anness II tkun ta' daqs negliġibbli jew insinifikanti għall-istatistika taż-żona tal-euro u dik nazzjonali, jew id-dejta għal dik il-partita ma tkunx tista' tinġabar bi spiża raġonevoli, għandhom jitħallew isiru l-aħjar estimi bbażati fuq metodoloġiji statistiċi sodi kemm-il darba ma jiġix kompromess il-valur analitiku tal-istatistika. Barra minn hekk, l-aħjar estimi għandhom jiġu permessi għall-rendikonti li ġejjin fit-Tabelli 1, 2, 2A u 6 tal-Anness II:
|
6. |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 23).
(2) Linja Gwida BĊE/2011/23 tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/23 huma emendati kif gej:
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
(1) Kunċetti u definizzjonijiet ta' partiti magħżula huma speċifikati fl-Anness III.
(2) Id-dettalji tar-rendikonti ġeografiċi meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 7.
(3) Id-dettalji tar-rendikonti istituzzjonali meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 8.”;
(4) Inklużi ‘derivattiv finanzjarji — nett’”;
(5) Kunċetti u definizzjonijiet ta' partiti magħżula huma speċifikati fl-Anness III.
(6) Id-dettalji tar-rendikonti ġeografiċi meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 7.
(7) Id-dettalji tar-rendikonti istituzzjonali meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 8.”;