EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015Q0313(01)

Emenda 1/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 għar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU L 68, 13.3.2015, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2014/1/oj

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/88


EMENDA 1/2014 TAL-15 TA' DIĊEMBRU 2014GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13d tagħha,

Billi:

(1)

Ir-raba' sentenza tal-Artikolu 11.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) (iktar 'il quddiem ir-“Regoli tal-Proċedura”) tipprovdi għal reviżjoni tal-allokazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-erba' gruppi stabbiliti sabiex tiġi ddefinita r-rappreżentanza fil-Kumitat ta' Tmexxija tal-Bord Superviżorju, kif stipulat fl-Anness għar-Regoli tal-Proċedura, meta Stat Membru jadotta l-euro.

(2)

L-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (4), li ser tirriżulta fil-parteċipazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti Litwena fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, tfisser li l-awtorità nazzjonali kompetenti Litwena għandha tiġi inkluża f'wieħed mill-erba' gruppi msemmija fil-premessa 1, skont ir-regoli stipulati fit-tieni u l-ħames sentenzi tal-Artikolu 11.3 tar-Regoli tal-Proċedura.

(3)

Għalhekk, ir-Regoli tal- Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA:

Artikolu 1

Emenda

L-Anness għar-Regoli tal-Proċedura huwa ssostitwit bl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din l-emenda għar-Regoli ta' Proċedura għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-Bord Superviżorju

Danièle NOUY


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(3)  ĠU L 182, 21.6.2014, p. 59.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29).


ANNESS

“ANNESS

SISTEMA TA' ROTAZZJONI

Għall-finijiet tal-Artikolu 11.3, is-sistema ta' rotazzjoni li ġejja għandha tapplika, fuq il-bażi tad-dejta sal-31 ta' Diċembru 2014:

Grupp

Stat Membru parteċipanti

Numru ta' siġġijiet fil-Kumitat ta' Tmexxija

1

DE

1

FR

2

ES

1

IT

NL

3

BE

2

IE

EL

LU

AT

PT

FI

4

EE

1”

CY

LV

LT

MT

SI

SK


Fuq