EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0049(01)

Deċiżjoni (UE) 2015/286 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 27 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2014/49)

ĠU L 50, 21.2.2015, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/286/oj

21.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/42


DEĊIŻJONI (UE) 2015/286 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta' Novembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2014/49)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (1), b'mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat, il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lil-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (2) ser tiġi rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.

(2)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (3) jiddefinixxi l-“[i]skema ta' distribuzzjoni ta' karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2014. Peress li l-Litwanja ser sadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2015, jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta' distribuzzjoni ta' karti tal-flus li tapplika mill-1 ta' Jannar 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

1.   L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija mibdula b'dan li ġej:

“L-Anness I ta' din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015.”

2.   L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta' Novembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29.

(2)  Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).


ANNESS

“ANNESS I

SKEMA TA' DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA' JANNAR 2015

(%)

Il-Bank Ċentrali Ewropew

8,0000

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2385

Deutsche Bundesbank

23,5220

Eesti Pank

0,2520

Central Bank of Ireland

1,5170

Bank of Greece

2,6575

Banco de España

11,5550

Banque de France

18,5320

Banca d'Italia

16,0900

Central Bank of Cyprus

0,1975

Latvijas Banka

0,3685

Lietuvos bankas

0,5400

Banque centrale du Lussemburgu

0,2655

Il-Bank Ċentrali ta' Malta

0,0850

De Nederlandsche Bank

5,2325

Oesterreichische Nationalbank

2,5655

Banco de Portugal

2,2785

Banka Slovenije

0,4515

Národná banka Slovenska

1,0095

Suomen Pankki

1,6420

TOTAL

100,0000”


Fuq