EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014D0027(01)
2014/418/EU: Decision of the European Central Bank of 16 June 2014 amending Decision ECB/2007/7 concerning the terms and conditions of TARGET2-ECB (ECB/2014/27)
2014/418/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB (BĊE/2014/27)
2014/418/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB (BĊE/2014/27)
ĠU L 192, 1.7.2014, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022D0911
1.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/68 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' Ġunju 2014
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB
(BĊE/2014/27)
(2014/418/UE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 speċifikat ir-remunerazzjoni fuq il-kontijiet tal-Modulu tal-Ħlas (Payments Module — PM) u s-sottokontijiet tagħhom b'tali mod li seta' jinterferixxi ma' deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv biex titbaxxa r-rata tal-faċilità ta' depożitu għal taħt żero fil-mija. |
(2) |
B'riżultat ta' dan, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 ġiet emendata permezz tal-Linja Gwida BĊE/2014/25 (2) sabiex jiġu eliminati dawn l-interferenzi potenzjali. |
(3) |
Għaldaqstant, huwa neċessarju li tiġi emendata ulterjorment id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (3) sabiex l-emendi li saru permezz tal-Linja Gwida BĊE/2014/25 għar-remunerazzjoni tal-kontijiet PM u s-sottokontijiet tagħhom jiġu riflessi fit-TARGET2-ECB, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni BĊE/2007/7
L-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2007/7 huwa emendat kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, għandhom jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
fl-Artiklu 10, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej: “3. PM accounts and their sub-accounts shall be remunerated either at zero per cent or the deposit facility rate, whichever is lower.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Ġunju 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(2) Linja Gwida BĊE/2014/25 tal-5 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 168, 7/6/2014, p. 120).
(3) Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71).