EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014D0024(01)
2014/338/EU: Decision of the European Central Bank of 5 June 2014 amending Decision ECB/2010/23 on the allocation of monetary income of the national central banks of Member States whose currency is the euro (ECB/2014/24)
2014/338/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/24)
2014/338/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2014/24)
ĠU L 168, 7.6.2014, p. 117–117
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/117 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta' Ġunju 2014
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro
(BĊE/2014/24)
(2014/338/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ippuljar u l-allokazzjoni ta' dħul monetarju li jirriżulta minn operazzjonijiet tal-politika monetarja. |
(2) |
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 jispeċifika li l-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jitnaqqas b'ammont ekwivalenti għall-imgħax akkumulat jew imħallas fuq passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv, u skont kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għandu jiġi kkjarifikat li kull dħul li jsir fuq il-passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv għandu jiżdied mad-dħul monetarju tal-BĊNi li għandu jiġi ppuljat. |
(3) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
“2. L-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jiġi aġġustat b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax akkumulat, imħallas jew riċevut fuq passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv, u b'mod konformi ma' kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32.4 tal-Istatut tas-SEBĊ.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta' Ġunju 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).