Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52015HB0014
Recommendation of the European Central Bank of 27 March 2015 to the Council of the European Union on the external auditors of the Deutsche Bundesbank (ECB/2015/14)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank (BĊE/2015/14)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank (BĊE/2015/14)
ĠU C 149, 6.5.2015, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 149/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’ Marzu 2015
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank
(BĊE/2015/14)
(2015/C 149/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Deutsche Bundesbank, Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft, intemm bl-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Għalhekk huwa neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015. |
(3) |
Deutsche Bundesbank għażel lil KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sa 2020, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2015 sa 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Marzu 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI