Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32015Y0221(02)
Agreement of 31 December 2014 between Lietuvos bankas and the European Central Bank regarding the claim credited to Lietuvos bankas by the European Central Bank under Article 30.3 of the Statute of the European System of Central Banks and of the European Central Bank
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2014 bejn Lietuvos bankas u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lil Lietuvos bankas mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2014 bejn Lietuvos bankas u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lil Lietuvos bankas mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU C 64, 21.2.2015, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
21.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/5 |
FTEHIM
tal-31 ta' Diċembru 2014
bejn Lietuvos bankas u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lil Lietuvos bankas mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2015/C 64/02)
LIETUVOS BANKAS U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2014 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonijiet minn Lietuvos bankas lejn ir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/61) (1), l-ammont aggregat ekwivalenti f’euro ta’ assi ta’ riżervi barranin illi Lietuvos bankas huwa meħtieġ jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) huwa EUR 338 656 541,82. |
(2) |
Skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61), b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 il-BĊE huwa meħtieġ li jikkredita lil Lietuvos bankas bi klejm iddenominata f'euro ekwivalenti għall-ammont aggregat iddenominat f'euro tal-kontribuzzjoni ta’ Lietuvos bankas ta’ assi ta’ riżervi barranin, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u Lietuvos bankas jaqblu illi jistabbilixxu l-klejm ta’ Lietuvos bankas għal EUR 239 453 709,58 sabiex jiżguraw illi l-proporzjon bejn l-ammont f’euro tal-klejm ta’ Lietuvos bankas u l-ammont aggregat f’euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi l-oħra”) ikun ugwali għall-proporzjon bejn l-ippeżar ta’ Lietuvos bankas fl-iskema tal-kapital tal-BĊE u l-ippeżar totali tal-BĊNi l-oħra f’din l-iskema. |
(3) |
Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fil-premessi 1 u 2 tirriżulta minn: (a) l-applikazzjoni lill-valur ta’ assi ta' riżervi barranin diġà ttrasferiti minn Lietuvos bankas skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ tar-“rati tal-kambju kurrenti” msemmija fl-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u (b) l-effett fuq il-klejms skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ miżmumin mill-BĊNi tal-aġġustamenti tal-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta’ Jannar 2004, l-1 ta’ Jannar 2009 u l-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-espansjonijiet tal-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-1 ta’ Jannar 2007 u fl-1 ta’ Lulju 2013 skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
Minħabba d-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u Lietuvos bankas jaqblu illi l-klejm ta’ Lietuvos bankas tista' titnaqqas billi jiġi paċut kontriha l-ammont li Lietuvos bankas huwa mitlub jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61), f'każ li l-klejm ta’ Lietuvos bankas tkun akbar mill-ammont ta' EUR 239 453 709,58. |
(5) |
Il-BĊE u Lietuvos bankas għandhom jaqblu dwar modalitajet oħrajn sabex tiġi kkreditata l-klejm ta’ Lietuvos bankas, billi jiġi kkunsidrat illi, skont iċ-ċaqlieq fil-kambju barrani, jista' jkun neċessarju illi tiżdied aktar milli titnaqqas il-klejm għall-ammont imsemmi fil-premessa 2. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv approva d-dħul tal-BĊE f’dan il-Ftehim, li jikkonċerna deċiżjoni li għandha tittieħed taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ, skont l-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-proċedura speċifikata fih, |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Proċedura sabiex tiġi kkreditata l-klejm ta’ Lietuvos bankas
1. Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE huwa mitlub jikkredita lil Lietuvos bankas skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61) (minn hawn 'il quddiem il-“klejm”) ikun akbar minn EUR 239 453 709,58 f'xi waħda mid-dati ta' saldu li fiha l-BĊE jirċìevi assi ta’ riżervi barranin mingħand Lietuvos bankas skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61), l-ammont tal-klejm għandu mbagħad jitnaqqas b’effett minn dik id-data għal EUR 239 453 709,58. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi l-klejm tiġi paċuta kontra l-ammont li Lietuvos bankas huwa mitlub jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61). L-ammont paċut għandu jiġi ttrattat bħala kontribuzzjoni bil-quddiem għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61), li għandha titqies li saret fid-data li fiha isseħħ it-tpaċija.
2. Jekk l-ammont mitlub bħala kontribuzzjoni minn Lietuvos bankas għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61) ikun inqas mid-differenza bejn l-ammont tal-klejm ta' Lietuvos bankas u EUR 239 453 709,58, l-ammont tal-klejm għandu mbagħad jitnaqqas għal EUR 239 453 709,58: (a) billi ssir tpaċija skont il-paragrafu 1 hawn fuq; u (b) billi l-BĊE jħallas lil Lietuvos bankas ammont f’euro ekwivalenti għall-ammont nieqes li jifdal wara dik it-tpaċija. Kull ammont li għandu jitħallas mill-BĊE skont dan il-paragrafu għandu jkun dovut fl-1 ta' Jannar 2015. Il-BĊE għandu, fiż-żmien propizju, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dak l-ammont, u ta' imgħax akkumulat nett fuq dan, permezz tat-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jinħadem fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq għadd ta' 360 jum b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.
3. Jekk l-ammont tal-klejm ta’ Lietuvos bankas ikun anqas minn EUR 239 453 709,58 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi assi ta’ riservi barranin mingħand Lietuvos bankas skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61), l-ammont tal-klejm imbagħad jiżdied f'dik id-data għal EUR 239 453 709,58 u Lietuvos bankas għandu jħallas lill-BĊE ammont f’euro li huwa ekwivalenti għad-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas minn Lietuvos bankas skont dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2015, u għandu jitħallas fid-data finali meta l-BĊE jirċievi assi ta' riżervi barranin skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/287 (BĊE/2014/61).
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja f’żewġ kopji oriġinali bl-Ingliż debitament iffirmati. Il-BĊE u Lietuvos bankas għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Diċembru 2014.
Għal Lietuvos bankas
Vitas VASILIAUSKAS
Gvernatur
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
Mario DRAGHI
President
(1) ĠU L 50, 21.2.2015, p. 44.