EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012O0025
2012/791/EU: Guideline of the European Central Bank of 26 November 2012 amending Guideline ECB/2011/14 on monetary policy instruments and procedures of the Eurosystem (ECB/2012/25)
2012/791/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Novembru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2012/25)
2012/791/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Novembru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2012/25)
ĠU L 348, 18.12.2012, p. 30–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 006 P. 62 - 73
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/04/2015; Imħassar b' 32014O0060
18.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/30 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Novembru 2012
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema
(BĊE/2012/25)
(2012/791/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema sabiex tiġi implimentata politika bħal din b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Numru ta’ aġġornamenti huma meħtieġa biex jiġu indirizzati, fost oħrajn, l-introduzzjoni gradwali ta’ ħtiġijiet ta’ rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self fuq titoli ggarantiti minn assi, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kupuni, id-dejta tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kalkolazzjoni ta’ penalitajiet finanzjarji għal non-konformità ma’ obbligi tal-kontroparti. |
(3) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda ta’ Anness I
Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 huwa emendat skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Verifika
Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) għandhom jippreżentaw id-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mit-3 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 4
Indirizzati
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
ANNESS
L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fit-Taqsima 5.1.3, qed tiżdied is-sentenza li ġejja: “Il-BĊE jirriżerva d-dritt li jieħu kull azzjoni illi jqis xierqa sabiex jikkoreġi żball fl-avviż tas-sejħa għall-offerti, inkluż it-tħassir jew l-interruzzjoni tal-esekuzzjoni ta’ sejħa għall-offerti.”; |
2. |
Fit-Taqsima 5.1.6, qed tiżdied is-sentenza li ġejja: “Jekk ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti jkun fih informazzjoni żbaljata fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-fuq imsemmija, il-BĊE jirriżerva d-dritt li jieħu kull azzjoni li jqis xierqa biex tiġi korretta din l-informazzjoni żbaljata.”; |
3. |
It-Taqsima 6.2.1.1 hija mibdula b’li ġej: “6.2.1.1. 1. Rekwiżiti komuni għall-eliġibbiltà Huwa għandu jkun strument ta’ dejn li jkollu:
L-istrutturi ta’ kupun li ġejjin huma esklużi: il-floaters kollha marbutin ma’ rati ta’ imgħax ta’ valuta barranija, indiċijiet u rati ta’ imgħax ta’ komoditajiet u ekwitajiet, dual floaters u floaters marbutin ma’ firxiet ta’ tpartit (swap spreads) jew ma’ kombinazzjoni oħra ta’ indiċijiet, u kull tip ta’ ratchet u kupuni ta’ range accrual, kif ukoll floaters inversi u kupuni li jiddependu fuq klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn dan, huma esklużi strutturi ta’ termini kumplessi bħal ma huma target redemption notes u opzjonijiet biex jinbidel it-tip ta’ kupun permezz tal-użu ta’ drittijiet ta’ bejgħ addizzjonali. Kupuni eliġibbli m’għandhomx ikollhom opzjonijiet għall-emittent, jiġifieri m’għandhomx jawtorizzaw bidliet fid-definizzjoni ta’ kupun matul il-ħajja tal-istrument li huma kontinġenti fuq deċiżjoni tal-emittent. Barra minn dan, jekk jeżistu limiti minimi jew massimi, dawn għandhom ikunu fissi u predefiniti. Il-klassifikazzjoni ta’ strument fir-rigward tal-kupun tiegħu, f’każ li l-kupun huwa multi-step, għandha tkun ibbażata fuq perspettiva li tħares ‘il quddiem. In-nonkonformità mal-fuq imsemmija kriterji ta’ eliġibbiltà tipprekludi wkoll assi milli jkunu eliġibbli anke jekk japplikaw biss għal partijiet tal-istruttura ta’ remunerazzjoni (bħal ma huwa premium) u anke jekk ħlas ta’ kupun li mhuwiex negattiv u l-ħlas lura ta’ mill-anqas l-ammont prinċipali huma espliċitament iggarantiti. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1(a) u (b) japplikaw sakemm l-obbligu jkun twettaq. Strumenti ta’ dejn ma jistgħux jirriżultaw fi drittijiet għall-kapital u/jew l-imgħax li jkunu subordinati għad-drittijiet ta’ detenturi ta’ strumenti ta’ dejn oħrajn tal-istess emittent. 2. Kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali applikabbli għal titoli ggarantiti minn assi Għall-finijiet tal-qafas legali tal-Eurosistema fir-rigward tal-politika monetarja, bonds koperti mhumiex meqjusin bħala titoli ggarantiti minn assi. Paragrafu 1(a) ma japplikax għal titoli ggarantiti minn assi. L-Eurosistema tivvaluta l-eliġibbiltà ta’ titoli ggarantiti minn assi fil-konfront tal-kriterji addizzjonali stabbiliti f’din it-Taqsima. It-titoli li jiġġeneraw il-fluss ta’ kontanti li jiggarantixxu t-titoli ggarantitii minn assi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
Kif stabbilit Fit-Taqsima 6.2.1.7, l-emittent ta’ titolu ggarantit minn assi għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE. F’każijiet fejn oriġinaturi jew, jekk applikabbli, intermedjarji, kienu inkorporati fiż-żona tal-euro, jew fir-Renju Unit, l-Eurosistema vverifikat illi ma kien hemm ebda dispożizzjonijiet clawback severi f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet. Jekk l-oriġinatur jew, jekk applikabbli, l-intermedjarju, huwa inkorporat f’pajjiż ieħor taż-ŻEE, it-titoli ggarantiti minn assi jistgħu jiġu meqjusa bħala eliġibbli biss jekk l-Eurosistema tigura illi d-drittijiet tagħha jkunu protetti b’mod xieraq kontra dispożizzjonijiet clawback meqjusin relevanti mill-Eurosistema taħt il-liġi tal-pajjiż taż-ŻEE relevanti. Għal dan il-għan, għandha tiġi ppreżentata valutazzjoni legali indipendenti f’forma aċċettabbli lill-Eurosistema li tistipula r-regoli clawback applikabbli fil-pajjiż, qabel ma t-titoli ggarantiti minn assi jkunu jistgħu jitqiesu eliġibbli. Biex tiddeċiedi jekk id-drittijiet tagħha humiex protetti b’mod xieraq kontra r-regoli clawback, l-Eurosistema tista’ titlob dokumenti oħrajn, inkluż ċertifikat ta’ solvenza mingħand id-destinatarju tat-trasferiment, għall-perijodu suspettat. Regoli clawback li l-Eurosistema tqis li huma severi u għalhekk mhux aċċettabbli jinkludu regoli li taħthom il-bejgħ ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus u li jappoġġaw it-titoli sostnuti minn assi jista’ jkun invalidat mill-likwidatur abbażi biss li jkun ġie konkluż fi żmien ċertu perijodu (perijodu suspettat) qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju), jew fejn din l-invalidazzjoni tista’ titwaqqaf biss mid-destinatarju tat-trasferiment jekk ikun jista’ juri illi ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju) fil-ħin tal-bejgħ. Fi ħdan ħruġ strutturat, sabiex ikun eliġibbli, segment (jew sub-segment) ma jistax ikun subordinat għal segmenti oħrajn tal-istess ħruġ. Porzjon ta’ ishma (jew sub-porzjon) jitqies bħala mhux subordinat fil-konfront ta’ porzjonijiet oħra (jew sub-porzjonijiet) tal-istess ħruġ jekk, skont il-prijorità ta’ pagament applikabbli wara l-konsenja ta’ avviż ta’ infurzar, kif stabbilit fiċ-ċirkolari tal-offerta, ebda porzjon (jew sub-porzjon) ieħor ma jingħata prijorità fuq dak il-porzjon jew sub-porzjon fir-rigward tar-riċevuta ta’ ħlas (kapital u imgħax), u b’hekk dak il-porzjoni (jew sub-porzjon) ikun l-aħħar wieħed li jġarrab telf fir-rigward tal-porzjonijiet jew sub-porzjonijiet differenti ta’ ħruġ strutturat. Għal ħarġiet strutturati fejn il-prospett jistipula l-konsenja ta’ avviż ta’ aċċelerazzjoni u wieħed ta’ infurzar, li porzjon (jew sub-porzjon) mhuwiex subordinat għandu jkun żgurat taħt il-prijorità ta’ ħlasijiet marbutin kemm mal-avviż ta’ aċċelerazzjoni kif ukoll ma’ dak ta’ infurzar. Biex titoli ggarantiti minn assi jsiru jew jibqgħu eliġibbli għal operazzjonijet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, l-Eurosistema teħtieġ li dejta komprensiva u standardizzata tal-livell ta’ self fuq il-pul ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti sottostanti għal titolu ggarantit minn assi tiġi ppreżentata mill-partijiet konċernati fit-titolu ggarantit minn assi, b’konformità ma’ Appendiċi 8. Biex tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ titoli ggarantiti minn assi, l-Eurosistema tikkunsidra d-dejta mdaħħla fl-oqsma obbligatorji tal-mudell għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self relevanti, fl-ambitu tat-tifsira ta’ Appendiċi 8. Fil-valutazzjoni tagħha tal-eliġibbiltà l-Eurosistema tqis: (a) kull nuqqas li tiġi kkonsenjata d-dejta; u (b) il-frekwenza li fiha jinstab li l-oqsma ta’ dejta individwali dwar il-livell ta’ self ma fihom ebda dejta sinifikanti. Sabiex ikun eliġibbli, titolu ggaranti minn assi għandu jkun appoġġat minn assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti li l-Eurosistema tqis li huma omoġenji, jiġifieri li l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti li jappoġġaw titolu ggarantit minn assi jikkonsistu minn tip wieħed biss ta’ assi li jappartjenu jew lil ipoteki residenzjali, ipoteki kummerċjali fuq proprjetà immobbli, self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju, self għax-xiri ta’ karozzi, self għal finanzjament tal-konsumatur jew ammonti riċevibbli għal kiri. Titoli ggarantiti minn assi mhumiex eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jekk il-pul ta’ assi sottostanti għalihom jikkonsisti minn assi eteroġenji, peress illi ma jistgħux jiġu rrapportati permezz ta’ galvu wieħed għall-klassi speċifika ta’ assi (*****). L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob mingħand kwalunkwe terza persuna, eż l-emittent, l-oriġinatur jew min jagħmel l-arranġamenti, kwalunkwe kjarifika u/jew konferma legali li jidhrilha meħtieġa biex tivvaluta l-eliġibbiltà ta’ titoli ggarantiti minn assi u fir-rigward tal-provvista ta’ dejta fuq il-livell ta’ self.. Nonkonformità ma’ talbiet bħal dawn tista’ twassal għal sospensjoni ta’ jew ċaħda tal-għoti ta’ eliġibbiltà lit-tranżazzjoni tat-titolu ggarantit minn assi kkonċernat. 3. Kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali applikabbli lil bonds koperti. Mill-31 ta’ Marzu 2013, bonds koperti huma suġġetti għall-ħtiġijiet addizzjonali li ġejjin: Il-pul ta’ kopertura ta’ bond kopert m’għandux ikun fiha titoli ggarantiti minn assi, bl-eċċezzjoni ta’ titoli ggarantiti minn assi li:
Bonds koperti li kienu fuq il-lista ta’ titoli ggarantiti minn assi eliġibbli mit-28 ta’ Novembru 2012 u li ma kenux jikkonformaw ma’ rekwiżiti (a) sa (c) ser jibqgħu eliġibbli sat-28 ta’ Novembru 2014; (*) Bonds b’mandati jew drittijiet simili oħrajn annessi magħhom mhumiex eliġibbli." (**) Titolu ggarantit minn assi m’għandux jitqies eliġibbli jekk kwalunkwe mill-assi, li huma parti mill-assi li ġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti li jappoġġaw it-titoli ggarantiti minn assi oriġinaw direttament permezz tal-Istrument ta’ Titolizzazzjoni b’Għan Speċjali (SPV) li joħroġ in-noti ABS." (***) Dan ir-rekwiżit ma jeskludix titoli ggarantiti minn assi fejn l-istruttura tal-ħruġ tinkludi żewġ strumenti ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali u r-rekwiżit ta’ ‘bejgħ ta’ veru’ huwa sodisfatt fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali b’mod li l-istrumenti ta’ dejn maħruġin mit-tieni strument ta’ titolizzazzjoni jiġu direttament jew indirettament iggarantiti mill-pul oriġinali ta’ assi u l-fluss kollha ta’ flus kontanti mill-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti jiġi ttrasferiti mill-ewwel għat-tieni strument ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali." (****) Din ir-restrizzjoni ma tinkludix swaps użati fi tranżazzjonijiet ta’ titoli ggarantiti minn assi strettament għal finijiet ta’ hedging." (*****) Titoli ggarantiti minn assi li ma jikkonformawx ma’ ħtiġijiet ta’ rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self peress illi jikkonsistu minn puls imħalltin ta’ assi sottostanti eteroġenji u/jew ma jikkonformawx ma’ xi wieħed mill-galvi tal-livell ta’ self jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2014.”" |
4. |
Fit-Taqsima 6.2.1.7, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 hija mħassra; |
5. |
Fit-Taqsima 6.2.2, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 60 hija mħassra; |
6. |
It-Taqsima 6.2.2.1 hija emendata kif ġej:
|
7. |
Fit-Taqsima 6.2.3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “Minkejja l-eliġibbiltà tagħhom, banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx l-assi negozjabbli jew mhux negozjabbli li ġejjin bħala kollateral mingħand kontroparti:
|
8. |
It-Taqsima 6.2.3.2 hija mibdula b’li ġej: “6.2.3.2. Assi mhux negozjabbli jistgħu jintużaw bħala assi sottostanti għal tranżazzjonijiet b’lura f’suq miftuħ u għall-faċilità ta’ self marġinali. Huma ma jintużawx fi tranżazzjonijiet diretti tal-Eurosistema. L-assi negozjabbli u mhux negozjabbli kollha jistgħu jintużaw ukoll bħala assi sottostanti għal kreditu intraday. Irrispettivament mill-fatt li attiv negozjabbli jew mhux negozjabbli jissodisfa l-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà, kontroparti ma tistax tippreżenta bħala kollateral attiv maħruġ jew iggarantit minnu nnifsu jew minn entità oħra li magħha għandha rabtiet mill-qrib (******). ‘Rabtiet mill-qrib’ tfisser kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn il-kontroparti hija marbuta ma’ emittent/debitur/garanti ta’ assi eliġibbli:
Għal finijiet ta’ implimentazzjoni ta’ politika monetarja, b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli fir-rigward ta’ rabtiet mill-qrib, l-Eurosistema internament taqsam tagħrif dwar investimenti kapitali mogħti minn awtoritajiet superviżorji għal dan il-għan. It-tagħrif huwa suġġett għall-istess standards ta’ segretezza applikati minn awtoritajiet superviżorji. Id-dispożizzjonijiet fuq imsemmija dwar ir-rabtiet mill-qrib ma japplikawx lil: (a) rabtiet mill-qrib bejn il-kontroparti u entità fis-settur pubbliku taż-ZEE li għandha d-dritt timponi taxxi, jew fil-każ fejn strument ta’ dejn huwa ggarantit minn entità fis-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt timponi taxxi; (b) bonds tal-banek koperti maħruġin skont il-kriterji stipulati f’Parti 1, punti 68 sa 70 ta’ Anness VI tad-Direttiva 2006/.48/KE; (c) każijiet fejn strumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali paragunabbli ma’ dawk l-istrumenti msemmijin f’(b) bħal ma huwa fil-każ ta: (i) RMBDS mhux negozjabbli li mhumiex titoli; jew (ii) bonds tal-banek koperti li jikkonformaw mal-kriterji kollha stipulati f’Parti 1, punti 68 sa 70 ta’ Anness VI tad-Direttiva 2006/48/KE, ħlief għal-limiti fuq is-self garantit fil-pul ta’ kopertura. Barra minn dan, kontroparti ma tistax tippreżenta bħala kollateral kwalunkwe titolu ggarantit minn assi jekk il-kontroparti (jew kwalunkwe terza persuna li magħha għandha rabtiet mill-qrib) tipprovdi hedge ta’ munita lit-titolu ggarantit minn assi billi tidħol fi tranżazzjoni ta’ hedge ta’ munita mal-emittent bħala kontroparti ta’ hedge jew tipprovdi appoġġ ta’ likwidità għal 20 % jew aktar mill-ammont li għad irid jitħallas tat-titolu abbażi ta’ assi. L-assi kollha negozjabbli u mhux negozjabbli għandhom ikunu jistgħu jintużaw f’kuntest transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha. Dan jimplika illi l-kontropartijiet kollha tal-Eurosistema għandhom ikunu jistgħu jużaw assi eliġibbli jew permezz ta’ rabtiet mal-SSSs domestiċi tagħhom f’każ ta’ assi negozjabbli jew permezz ta’ arranġamenti eliġibbli oħra biex jirċievu kreditu mill-BĊN tal-Istat Membru li fih il-kontroparti huwa stabbilit (ara Taqsima 6.6). Kontroparti li tippreżenta titolu ggarantit minn assi li għandu rabtiet mill-qrib mal-oriġinatur tal-assi sottostanti tat-titolu ggarantit minn assi għandu jinforma lill-Eurosistema b’kull modifika ppjanata lil dak it-titolu ggarantit minn assi li jista’ jkollha impatt potenzjali fuq il-kwalità tal-kreditu tiegħu, eż bidla fir-rata ta’ imgħax dovuta fuq in-noti, bidla fil-ftehim tas-swap, bidliet fil-kompożizzjoni tas-self sottostanti li mhux stipulati fil-prospett, bidliet fil-prijorità ta’ ħlasijiet. L-Eurosistema għandha tingħata preavviż ta’ xahar għal kull modifika li ser issir lil titolu ggarantit minn assi li jkun ġie ppreżentat. Barra minn dan, meta jiġi ppreżentat it-titolu ggarantit minn assi, il-kontroparti għandha tagħti tagħrif dwar kull modifika li seħħet fis-sitt xhur preċedenti. Skont Taqsima 6.2, l-Eurosistema ma tagħtix preavviż dwar modifika. Tabella 4 Assi eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal Eurosistema
(******) F’każ li kontroparti tuża assi li, minħabba identità mal-emittent/mad-debitur/mal-garanti jew l-eżistenza ta’ rabtiet mill-qrib, ma tistax jew ma tistax tibqa’ tużahom biex tikseb kreditu pendenti, hija obbligata li tinnotifika immedjatament dwar dan lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti. L-assi jingħataw valur ta’ żero fid-data tal-valutazzjoni li jmiss u jista’ jiġi skattat appell għaż-żamma tal-marġini (ara wkoll Appendiċi 6). Barra minn dan, il-kontroparti għandha tneħħi l-attiv fl-aktar data bikrija possibbli.”;" |
9. |
Fit-Taqsima 6.3.2, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 72 hija mħassra; |
10. |
Fit-Taqsima 6.3.4.1, qed jiżdied il-paragrafu li ġej: “ECAI li tipparteċipa fl-ECAF hija suġġetta għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Eurosistema (ara Taqsima 6.3.5). Flimkien mad-dejta dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni li tiġi ppreżentata, għandha tiġi ppreżentata wkoll ċertifikazzjoni ffirmata miċ-CEO, jew minn firmatarju awtorizzat li huwa responsabbli għall-funzjoni tal-verifika jew tal-konformità fi ħdan l-ECAI, tal-ECAI li tikkonferma l-preċiżjoni u l-validità tat-tagħrif dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni.”; |
11. |
Fit-Taqsima 6.3.4.4, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b’li ġej: “Fornitur RT li jipparteċipa fl-ECAF jeħtieġ li jissuġġetta ruħu permezz ta’ ftehim għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Eurosistema (*******) (ara Taqsima 6.3.5). Il-fornitur RT huwa obbligat li jistabbilixxi u jżomm l-infrastruttura neċessarja għall-monitoraġġ tal-pul statiku. Il-kostruzzjoni u l-valutazzjoni tal-pul statiku jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni taħt l-ECAF. Il-fornitur RT irid jintrabat li jinforma lill-Eurosistema bir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni malli tkun twettqet mill-fornitur RT. Flimkien mad-dejta dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni li tiġi ppreżentata, għandha tiġi ppreżentata wkoll ċertifikazzjoni ffirmata miċ-CEO, jew minn firmatarju awtorizzat li huwa responsabbli għall-funzjoni tal-verifika jew tal-konformità fi ħdan l-RT, li tikkonferma l-preċiżjoni u l-validità tat-tagħrif dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni. Huma għandhom jintrabtu li jżommu rekords interni dwar il-puls statiċi u d-dettalji tal-inadempjenzi għal ħames snin. (*******) Il-kontroparti għandha tinforma lill-fornitur RP minnufih b’kull avveniment kreditizju li jista’ jindika deterjorazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.”;" |
12. |
Is-Sezzjoni 6.3.5 hija mibdula b’li ġej: “6.3.5. Monitoraġġ tal-prestazzjoni għal sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu Is-sistemi kollha ta’ valutazzjoni tal-kreditu huma suġġetti għal monitoraġġ tal-prestazzjoni fi ħdan l-ECAF. Għal kull sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu, il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF jikkonsisti minn paragun annwali ex post ta: (a) ir-rati ta’ inadempjenza osservati għall-entitajiet kollha eliġibbli u l-istrumenti kklassifikati mis-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu, fejn dawn l-entitajiet u l-istrumenti huma miġburin f’puls statiċi ibbażati fuq ċerti karatteristiċi, eż. klassifikazzjoni tal-kreditu, klassi ta’ assi, settur tal-industrija, mudell ta’ valutazzjoni tal-kreditu; u (b) il-limitu minimu xieraq tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema mogħti mill-punt ta’ referenza PD (żewġ punti ta’ referenza PD huma meqjusa: PD ta’ 0,10 % fuq żmien sena li huwa meqjus ekwivalenti għal valutazzjoni tal-kreditu ta’ step 3 tal-kwalità tal-kreditu tal-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema). L-għan ta’ dan il-proċess huwa li jiżgura illi l-immappjar tal-klassifikazzjonijiet mogħtija mis-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu lill-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema jibqgħu xierqa u li r-riżultati mill-valutazzjonijiet tal-kredtu huma paragunabbli bejn is-sistemi u s-sorsi. L-ewwel element tal-proċess huwa l-kompilazzjoni annwali mill-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-lista ta’ entitajiet u strumenti b’valutazzjonijiet tal-kreditu li jissodisfaw il-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fil-bidu tal-perijodu ta’ monitoraġġ. Din il-lista għandha mbagħad tkun ippreżentata mill-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu lill-Eurosistema, permezz tal-galvu pprovdut mill-Eurosistema, li jinkludi oqsma fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-valutazzjoni. It-tieni element tal-proċess iseħħ fl-aħħar tal-perijodu ta’ monitoraġġ ta’ 12-il xahar meta l-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu jaġġorna d-dejta dwar il-prestazzjoni għall-entitajiet u l-istrumenti fuq il-lista. L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jitwettaq monitoraġġ tal-prestazzjoni. Ir-rata ta’ inadempjenza osservata tal-puls statiċi ta’ sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu rreġistrata fuq perijodu ta’ sena sservi bħala kontribut għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF, li jinkludi regola annwali u valutazzjoni ta’ aktar minn perijodu wieħed. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti bejn ir-rata ta’ inadempjenza osservata tal-puls statiċi u l-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu fuq perijodu annwali u/jew multi-annwali. L-Eurosistema tikkonsulta mal-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu biex tivvaluta r-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni. Din il-proċedura tista’ tirriżulta f’korrezzjoni tal-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu applikabbli lis-sistema in kwistjoni. L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li tissospendi jew teskludi s-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu fejn l-ebda titjib fil-prestazzjoni ma jiġi osservat fuq numru ta’ snin. Barra minn dan, f’każ ta’ ksur tar-regoli dwar l-ECAF, is-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu tiġi eskluża mill-ECAF. Jekk tagħrif mhux preċiż jew mhux komplut jiġi mogħti minn rappreżentant tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni, l-Eurosistema tista’ tastjeni mill-esklużjoni f’każ ta’ irregolaritajiet minuri.”; |
13. |
It-Taqsima 6.4.2 hija emendata kif ġej:
|
14. |
Fit-Taqsima 6.5.1, il-paragrafi (a) u (b) huma mibdulin b’li ġej:
|
15. |
Fl-Appendiċi 6, it-Taqsima 1 tinbidel b’li gej: “1. Penalitajiet Finanzjarji Jekk kontroparti tikser ir-regoli dwar sejħiet għal offerti (********), tranżazzjonijiet bilaterali (*********), l-użu ta’ assi sottostanti (**********), proċeduri ta’ tmiem il-jum jew kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali (***********), l-Eurosistema tapplika penalitajiet finanzjarji kif ġej:
(********) Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ assi sottostanti jew flus kontanti (fejn applikabbli, fir-rigward ta’ appell ta’ marġini) biex isir saldu fil-jum tas-saldu, jew biex jiġi kkollateralizzat, sal-maturità tal-operazzjoni permezz ta’ appelli ta’ marġini korrispondenti, l-ammont ta’ likwidità li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tipprovdi l-likwidità, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ flus kontanti biex isir saldu tal-ammont li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tassorbi l-likwidità." (*********) Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ assi sottostanti eliġibbli jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ flus kontanti biex isir saldu tal-ammont miftiehem fi tranżazzjonijiet bilaterali, jew jekk tonqos milli tikkollateralizza tranżazzjoni bilaterali li għad trid issir sal-maturità tagħha permezz ta’ appelli ta’ marġini korrispondenti." (**********) Dan japplika jekk kontroparti qed tuża assi li huma jew li saru ineliġibbli jew li ma jistgħux jintużaw mill-kontroparti, eż. minħabba rabtiet mill-qrib bejn, jew l-identità ta’, l-emittent/il-garanti u l-kontroparti." (***********) Dan japplika jekk kontroparti jkollha bilanċ negattiv fuq l-ammont tas-saldu fi tmiem il-jum u ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali." (************) Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll fejn: (a) il-kontroparti qed tuża assi ineliġibbli jew tat informazzjoni li teffettwa l-valur tal-kollateral b’mod negattiv, eż dwar l-ammont li għad irid jitħallas ta’ talba ta’ kreditu użata li hija jew li kienet falsa jew skaduta; jew (b) il-kontroparti qed tuża assi li huma ineliġibbli minħabba rabtiet mill-qrib bejn l-emittent/il-garanti u l-kontroparti.”;" |
16. |
L-Appendiċi 7 huwa mibdul b’li ġej: “Appendiċi 7 ĦOLQIEN TA’ TITOLU VALIDU FUQ TALBIET TA’ KREDITU Biex jiġi żgurat illi jinħoloq interess f’titolu validu fuq talbiet ta’ kreditu u li t-talbiet ta’ kreditu jistgħu isiru malajr f’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti, iridu jiġu sodisfatti r-rekwiżiti legali addizzjonali li ġejjin:
|
17. |
L-Appendiċi 8 li ġej huwa miżjud: “Appendiċi 8 REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR TA’ DEJTA DWAR IL-LIVELL TA’ SELF GĦAL TITOLI GGARANTITI MINN ASSI Dejta dwar il-livell ta’ self tiġi ppreżentata lil u ppubblikata elettronikament fir-repożitorju tad-dejta dwar il-livell ta’ self b’konformità mar-rekwiżiti tal-Eurosistema, inter alia, aċċess miftuħ, kopertura, non-diskriminazzjoni, struttura ta’ governanza xierqa, trasparenza, u indikata bħala tali mill-BĊE, skont ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Appendiċi. Għal dan il-għan, jintuza l-galvu relevanti għar-rappurtar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għal kull tranżazzjoni individwali, skont il-klassi ta’ assi li tinkludi l-pul ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti (*************). Id-dejta dwar il-livell ta’ self għandu jiġi rappurtat tal-anqas fuq bażi trimestrali, mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha hu dovut il-ħlas ta’ imgħax fuq it-titolu ggarantit minn assi in kwistjoni. Jekk dejta dwar il-livell ta’ self ma tiġix irrappurtata jew aġġornata fi żmien xahar wara id-data tal-ħlas tar-rata ta’ imgħax relevanti, allura t-titolu ggarantit minn assi ma jibqax eliġibbli. Sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, ir-repożitorju ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għandu jagħmel kontrolli awtomatizzati tal-konsistenza u l-preċiżjoni fuq rapporti ta’ dejta dwar il-livell ta’ self li hija ġdida u/jew aġġornata għal kull tranżazzjoni. Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għal titoli ggarantiti minn assi, jiġifieri il-klassi ta’ assi relevanti skont il-galvu, informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-pul ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti fuq livell ta’ self b’self għandu jingħata biex titolu ggarantit minn assi isir jew jibqa’ eliġibbli. Fi żmien tliet xhur it-tiolu ggarantit minn assi għandu jikseb livell ta’ konformità minimu obbligatorju, ivvalutat b’referenza għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’oqsma ta’ dejta partikolari tal-galvu għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self. Sabiex jinqabdu oqsma li mhumiex disponibbli, sett ta’ sitt opzjonijiet ‘Ebda dejta’ (ND –No data) huwa inkluż f’kull galvu ta’ dan it-tip u għandhom jintużaw kull meta dejta partikoalri ma tistax tiġi ppreżentata skont il-galvu. Hemm ukoll is-seba’ opzjoni ND li tapplika biss għall-galvu CMBS. L-opzjonijiet ND u t-tifsiriet tagħhom huma stipulati fit-tabella li ġejja:
Il-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur li ġej japplika lit-titoli kollha ggarantiti minn assi (ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self japplikaw għall-klassi ta’ assi relevanti skont id-data):
Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti minimi, ir-repożitorju tad-dejta dwar il-livell ta’ self ser jiġġenera u jassenja punteġġ lil kull tranżazzjoni ta’ titolu ggarantit minn assi malli tiġi ppreżentata u pproċessata d-dejta dwar il-livell ta’ self. Dan il-punteġġ ser jirrifletti n-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND1 u n-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND2, ND3 jew ND4, f’kull każ ipparagunati man-numru totali ta’ oqsma obbligatorji. F’dan ir-rigward, l-opzjonijiet ND5, ND6 u ND7 jistgħu jintużaw biss jew l-oqsma ta’ dejta relevanti fil-galvu għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self jippermettu dan. Il-kombinazzjoni tar-referenzi għaż-żewġ limiti minimi tipproduċi l-firxa li ġejja ta’ punteġġi tad-dejta dwar il-livell ta’ self:
Skont il-perijodu tranżitorju stipulat aktar ’il fuq, il-punteġġ għandu jitjieb b’mod gradwali għal kull trimestru, skont il-ħarsa ġenerali li ġejja:
Għal titoli ggarantiti minn ipoteki residenzjali (RMBS — residential-mortgage backed securities), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self għandhom japplikaw mit-3 ta’ Jannar 2013 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Settembru 2013. Għal titoli ggarantiti minn assi fejn l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti jinkludu self lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self ser japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Settembru 2013. Għal titoli ggarantiti minn ipoteki kummerċjali (CMBS commercial mortgage-backed securities), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2013 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013. Għal titoli ggarantiti minn assi fejn l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti jinkludu self lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self ser japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Settembru 2014. Titoli ggarantiti minn assi maħruġin aktar tard minn disa’ xhur wara d-data li fiha japplikaw ir-rekwiżiti ġodda ta’ rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self (**************) għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ rapportar sa mil-preżentazzjoni inizzjali ta’ dejta dwar il-livell ta’ self, jiġifieri mal-ħruġ. Tranżazzjonijiet ta’ titoli ggarantiti minn assi li diġa’ jeżistu u li ma jikkonformawx ma’ xi wieħed mill-galvi għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self ser jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2014. L-Eurosistema ser tivvaluta każ b’każ jekk titolu partikolari ggarantit minn assi jistax jibbenefika minn din id-dispożizzjoni ta’ anterjorità. |
(1) Aktar dettalji huma stipulati f’Taqsima 6.2.1.
(2) Aktar dettalji huma stipulati f’Taqsima 6.2.2.
(3) L-istandards tal-kreditu ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli mhux ikklassifikati maħruġin jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji hija determianta fuq il-bażi tas-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu magħżul mill-kontroparti relevanti skont ir-regoli ECAF applikabli għal talbiet għal kreditu, kif stipulate fit-Taqsima 6.3.3. Fil-każ ta’ dawn l-istruemnti ta’ dejn negozjabbli, ġew emendati il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli li ġejjin: il-post fejn huwa stabbilit l-emittent/il-garanti: żona euro; post tal-ħruġ: żona euro.
(*************) Il-verżjonijiet relevanti tal-galvi għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għall-klassijiet ta’ assi speċifiċi huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE.
(**************) jiġifieri fit-30 ta’ Settembru 2013 għal RMBS u SME, it-30 ta’ Novembru 2013 għal CMBS u t-30 ta’ Settembru 2014 għal self għax-xiri ta’ karozzi, self għal finanzjament tal-konsumatur jew ammonti riċevibbli għal kiri.”