EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0029(01)

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2009 li temenda Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2009/29)

ĠU L 348, 29.12.2009, p. 57–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/1018/oj

29.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/57


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2009/29)

(2009/1018/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 26.2,

Billi:

(1)

Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (1) tistabbilixxi programm għax-xiri ta’ bonds koperti. L-implimentazzjoni ta’ dan il-programm tirrikjedi emendi ulterjuri għad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (2).

(2)

Hemm il-ħtieġa li jiġi speċifikat it-trattament fil-kontabilita’ ta’ talbiet pendenti li jirriżultaw minn nuqqasijiet tal-kontropartijiet fl-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema u tal-attiv relatat, kif ukoll it-trattament fil-kontabilita’ ta’ disposizzjonijiet dwar ir-riskji li jirriżultaw għall-kontropartijiet minn operazzjonijiet bħal dawn.

(3)

Xi bidliet tekniċi oħra għad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma meħtieġa.

(4)

Il-Linja Gwida BĊE/2006/17 għandha għalhekk tiġi emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni BĊE/2006/17 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’ li ġej:

“Artikolu 7

Provvediment għar-rata tal-kambju, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb

Wara illi jikkunsidra sew in-natura tal-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima raġjunata ta’ kemm il-BĊE huwa espost għar-riskji.”

2.

L-Artikolu 8 huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Paragrafu 3 huwa mibdul b’ li gej:

“3.   M’għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn id-differenzi li jiġu mir-rivalutazzjoni tal-prezz u l-valuta għad-deheb, iżda għandu jingħata kont għal differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażat fuq il-prezz f’euro għal kull unita’ definita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Ir-rivalutazzjoni għandha ssir b’mod separat għal kull valuta barranija, inklużi t-transazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ, u skont il-kodiċi, jiġifieri l-istess numru ISIN/tip għat-titoli, ħlief għal dawk it-titoli inklużi fil-partiti ‘Attiv finanzjarju ie]or’ jew ‘Varji’, jew titoli miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja, li għandhom jiġu ttrattati bħala titoli separati.”

(b)

Il-Paragrafu 4 huwa mibdul b’ li gej:

“4.   Titoli kklassifikati bħala marbutin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala titoli separati, għandhom jiġu stmati bħala spejjeż amortizzati u jkunu soġġetti għall-indeboliment. L-istess trattament għandu jingħata lil titoli li mhumiex negozjabbli. Titoli kklassifikati bħala marbutin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel l-iskadenza tagħhom:

(i)

jekk il-kwantita’ mibjugħa hija meqjusa bħala mhux sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta’ titoli marbutin sal-maturità; jew

(ii)

jekk it-titoli jinbiegħu matul ix-xahar tad-data tal-maturità; jew

(iii)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal deterjorazzjoni sinifikanti tal-kredibilita’ ta’ min joħroġ u jbiegħ it-titoli, jew wara deċiżjoni espliċita dwar il-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.”

3.

L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Disposizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2009.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 38.


ANNESS

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati kif ġej:

1.

It-tabelli inklużi fl-Anness 1 għad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma mibdulin b’li ġej:

ATTIV

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti fil-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1.

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’.” Deheb mhux fiżiku, bħal bilanċi f’sight accounts tad-deheb (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu fiss u talbiet għad-deheb li jirriżultaw mit-transazzjonijiet li ġejjin: (i) transazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis; u (ii) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purita’ fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2.

Talbiet fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija

Talbiet fil-konfront ta’ kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija

 

2.1.

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali f’euro bil-bilanċi mnaqqsin għad-disposizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita ‘Passiv għal residenti barra ż-żona euro denominati f’euro’

(a)

Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

(b)

Drittijiet speċjali ta’ kreditu

Investimenti bi drittijiet speċjali ta’ kreditu (gross)

(b)

Drittijiet speċjali ta’ kreditu

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

(c)

Talbiet oħra

Faċilita’ għat-Tnaqqis tal-Faqar u t-Tkabbir

(c)

Talbiet oħra

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

2.2.

Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u attiv barrani ieħor

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor”

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

(b)

Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwita’ miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro

(b)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona euro li mhuwiex dak taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tal-kambju tas-suq

(d)

Attiv barrani ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona euro

(d)

Attiv barrani ieħor

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

3.

Talbiet kontra residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija

(a)

Investimenti f’titoli fiż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwita’ miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro

(a)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(a)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(a)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(a)(iv)

Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq

(b)

Talbiet oħra kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Self, depożiti, transazzjonijiet repo b’lura, self varju

(b)

Talbiet oħra

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tal-kambju tas-suq

4.

Talbiet kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f’euro

 

 

4.1.

Bilanci ma’ banek, investimenti f’titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura marbutin mal-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro

Valur nominali

(b)

Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Strumenti ta’ ekwita’, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona euro

(b)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self barra ż-żona euro

Depożiti skont il-valur nominali

(d)

Titoli maħruġin minn entitajiet minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali eż il-Bank Ewropew għall-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Il-primjums/skontijiet huma amortizzati

(d)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(d)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

4.2.

Talbiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5.

Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro

Partiti 5.1 sa 5.5: transazzjonijiet skont l-istrumenti ta’ politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 v dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (1)

 

5.1.

Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament

Transazzjonijiet irriversjati regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew spiża repo

5.2.

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

Transazzjonijiet irriversjati regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew spiża repo

5.3.

Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura

Transazzjonijiet irriversjati, esegwiti bħala transazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ rfinar

Valur nominali jew spiża repo

5.4.

Operazzjonijiet strutturali b’lura

Transazzjonijiet irriversjati li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew spiża repo

5.5.

Faċilita’ ta’ self marġinali

Faċilita’ ta’ likwidita’ minn jum għal jum b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilita’ permanenti)

Valur nominali jew spiża repo

5.6.

Krediti relatati ma’ ġbid marġinali

Kreditu addizzjonali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-attiv sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża

6.

Talbiet ohra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti taż-żona euro denominati f’euro’, inklużi transazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona euro u talbiet oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona euro. Talbiet oħra u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew spiża

7.

Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro

 

 

7.1.

Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja

Titoli maħruġin fiż-żona euro u miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja. Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta’ rfinar

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

7.2.

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja’ u taħt il-partita tal-attiv 11.3 ‘Attiv finanzjarju ieħor’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds zero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, denominati f’euro. Strumenti ta’ ekwita’

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iv)

Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli

Prezz tas-suq

8.

Dejn ġenerali tal-gvern denominat f’euro

Talbiet lill-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM: (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-prezz tagħhom

9.

Talbiet ġewwa l-Eurosistema

 

 

9.1.

Talbiet relatati ma’ kambjali li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Kambjali maħruġin mill-BĊNi, minħabba ftehim back-to-back marbut maċ-ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

Valur nominali

9.2.

Talbiet marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema

Krediti marbutin mal-ħruġ ta’ karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus euro (2)

Valur nominali

9.3.

Talbiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)

Pożizzjoni netta tas-sub-partiti li ġejjin:

(a)

talbiet netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tat-talbiet u l-passiv – ara wkoll il-partita tal-passiv ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

talbiet oħra interni għall-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE mill-ħruġ ta’ karti tal-flus euro lilll-BĊNi*

(b)

Valur nominali

10.

Partiti waqt il-ħlas

Bilanċi fil-kont għall-pagamenti (talbiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11.

Attiv ieħor

 

 

11.1.

Muniti taż-żona euro

Muniti euro

Valur nominali

11.2.

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Valur wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont ta’ deprezzament ta’ attiv fuq il-perijodu ta’ utilita’ tiegħu. Il-perijodu ta’ utilita’ huwa l-perijodu li matulu attiv fiss huwa mistenni li jkun jista’ jintuża mill-entita’. Il-perijodi ta’ utilita’ ta’ assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi huma differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b’perijodi ta’ utilita’ differenti. Il-perijodi ta’ utilita’ ta’ dawn il-komponenti għandhom jiġu evalwati individwalment.

L-ispiża tal-assi mhux tanġibbli tinkludi l-prezz għall-akkwist tal-attiv mhux tanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jiddaħħlu

Kapitalizzazzjoni tal-ispiża: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3.

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi parteċipanti u investimenti f’sussidjarji; ekwitajiet miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta’ politika

Titoli inklużi l-ekwitajiet, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Transazzjonjiet repo b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu marbutin mal-ġestjoni tal-portafolli ta’ titoli taħt din il-partita

(a)

Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli.

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ekwita’ ieħor miżmum bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-indeboliment

(c)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-attiv nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Il-primjums/skontijiet huma amortizzati

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-indeboliment

(g)

Bilanċi mal-banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tal-kambju tas-suq jekk il-bilanċi/id-depożiti huma denominati f’valuti barranin

11.4.

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti mhux inklużi fil-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, transazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, transazzjonijiet immedjati tal-kambju barrani mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas

Pożizzjoni netta bejn forward u immedjat, skont ir-rata ta’ kambju tas-suq

11.5.

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

11.6.

Varji

(a)

Advances, self u partiti minuri oħra. Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja

(a)

Valur nominali jew spiża

(b)

Investimenti relatati ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent

(b)

Valur tas-suq

(c)

Attiv nett tal-pensjoni

(c)

Skont l-Artikolu 22(3)

(d)

Talbiet pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema

(d)

Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara l-ħlas tat-telf)

(e)

Attiv jew talbiet (fil-konfront ta’ terzi) negozjati jew miksuba fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

(e)

Spiża (kkonvertita bir-rata tal-kambju tas-suq fil-ħin tal-akkwist jekk l-attiv finanzjarju huwa denominat f’valuti barranin)

12.

Telf għas-sena

 

Valur nominali


PASSIV

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti fil-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1.

Karti tal-flus fic-cirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Valur nominali

2.

Passiv fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro marbut ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro

Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7

 

2.1.

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżerva minima)

Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

(2)(2)

Faċilità ta’ depożitu

Depożiti ta’ matul il-lejl b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilita’ permanenti)

Valur nominali

2.3.

Depożiti għal terminu fiss

Ġabra għal finijiet ta’ assorbiment tal-likwidita’ minħabba operazzjonijiet ta’ rfinar

Valur nominali

2.4.

Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura

Transazzjonijiet relatati mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidita’

Valur nominali jew spiża repo

2.5.

Depożiti relatati ma’ ġbid marġinali

Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ attiv sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali

3.

Passiv ieħor fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominat f’euro

Transazzjonijiet repo konnessi ma’ transazzjonijiet repo b’lura simultaneji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro’. Operazzjonijiet oħra mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża repo

4.

Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss

Ċertifikati ta’ dejn kif deskritti fl-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2000/7. Karta ta’ skont, maħruġa għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidita’

Valur nominali

5.

Passiv fil-konfront ta’ residenti ohra taz-zona euro denominati f’euro

 

 

5.1.

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

5.2.

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-istaff, ta’ kumpaniji u ta’ klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi – ara l-partita tal-passiv 2.1, eċċ; depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

6.

Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewrope; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Transazzjonijiet repo marbutin mat-transazzjonijiet repo simultaneji b’lura għall-ġestjoni ta’titoli denominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li m’addottawx l-euro

Valur nominali jew spiża repo

7.

Passiv fil-konfront ta’ residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija

Kontijiet kurrenti Passiv taħt transazzjonijiet repo; normalment transazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena

8.

Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija

 

 

8.1.

Depoziti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti. Passiv taħt transazzjonijiet repo; normalment transazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ attiv f’valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena

8.2.

Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena

9.

Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF

Partita denominata bħala SDR li turi l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettivament

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena

10.

Passiv ġewwa l-Eurosistema

 

 

10.1.

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominata f’euro

Valur nominali

10.2.

Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni netta tas-sub-partiti li ġejjin:

(a)

passiv nett li jirriżulta minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi jiġifieri ċ-ċifra netta tat-talbiet u l-passiv – ara wkoll il-partita tal-attiv ‘Talbiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)’

(a)

Valur nominali

(b)

passiv ieħor intern għall-Eurosistema denominat f’euro li jista’ jirriżulta, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro lill-BĊNi

(b)

Valur nominali

11.

Partiti waqt il-ħlas

Bilanċi fil-kont għall-pagamenti (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro

Valur nominali

12.

Passiv ieħor

 

 

12.1.

Differenzi li jirriżultaw mir-rivalutazzjoni ta’ strumenti mhux inklużi fil-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, transazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, transazzjonijiet immedjati tal-kambju barrani mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas

Il-pożizzjoni netta bejn forward u immedjat, skont ir-rata tal-kambju tas-suq

12.2.

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Spiża dovuta f’perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma’ perijodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

12.3.

Varji

(a)

Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Transazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mat-transazzjonijiet repo simultaneji b’lura għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Partiti minuri oħra. Passiv ibbażat fuq il-fiduċja

(a)

Valur nominali jew spiża (repo)

(b)

Depożiti tad-deheb tal-klijent.

(b)

Valur fis-suq

(c)

Passiv nett tal-pensjoni

(c)

Skont l-Artikolu 22(3)

13.

Provvedimenti

(a)

Għar-rata tal-kambju, rata tal-imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra eż spejjeż mistennija fil-ġejjieni u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew imħassra.

(a)

Spiża/valur nominali

(b)

Għal riskji mill-kontropartijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja

(b)

Valur nominali

14.

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kul tip ta’ titoli denominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata tal-imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ caqliq fir-rata tal-kambju għal pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ valuta barranija u SDRs

(b)

Kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew imħassra – ara l-Artikolu 11(2)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq

15.

Kapital u riżervi

 

 

15.1.

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2.

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew imħassra

Valur nominali

16.

Qligħ għas-sena

 

Valur nominali

(2)

L-Anness III huwa sostitwit b’ li ġej:

“ANNESS III

RENDIKONT TAL-QLIGĦ U T-TELF IPPUBBLIKAT TAL-BĊE

(EUR miljun)

Rendikont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru …

Sena ta’ Rappurtar year

Sena preċedenti sena

1.1.1.

Dħul minn imgħax fuq assi ta’ riżervi barranin

 

 

1.1.2.

Dħul minn imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema

 

 

1.1.3.

Dħul ieħor minn imgħax

 

 

1.1.

Dħul minn imgħax

 

 

1.2.1.

Remunerazzjoni għal krediti tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin trasferiti

 

 

1.2.2.

Spejjeż oħra ta’ imgħax

 

 

1.2.

Spejjeż ta’ imgħax

 

 

1.

Dħul nett mill-imgħax

 

 

2.1.

Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji

 

 

2.2.

Tnaqqis fil-valur ta’ assi u posizzjonijiet finanzjarji

 

 

2.3.

Trasferiment lil/minn provvedimenti għar-rata tal-kambju, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb

 

 

2.

Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji, tnaqqis tal-valur u provvedimenti għal riskji

 

 

3.1.

Miżati u dħul minn kummissjonijiet

 

 

3.2.

Miżati u spejjeż ta’ kummissjonijiet

 

 

3.

Dħul/spiża nett minn miżati u kummissjonijiet (4)

 

 

4.

Dħul mill-ishma u interessi ta’ parteċipazzjoni azzjonarja

 

 

5.

Dħul ieħor

 

 

Dħul totali nett

 

 

6.

Spejjeż tal-Persunal (5)

 

 

7.

Spejjeż amministrattivi (5)

 

 

8.

Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli

 

 

9.

Servizzi ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus (6)

 

 

10.

Spejjeż oħra

 

 

(Telf)/qligħ ghas-sena

 

 


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.

(3)  Alternattivament il-BĊE jista’ jippubblika l-ammonti eżatti f’euro, jew ammonti rrawndjati b’mod differenti.

(4)  L-analiżi tad-dħul u l-ispiża tista’ ukoll tingħata fin-noti ta’ spjega tar-rendikont annuali.

(5)  Inklużi provvedimenti amministrattivi.

(6)  Din il-partita tintuża f’każ ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus outsourced (għall-ispiża tas-servizzi mogħtija minn kumpaniji barranin responsabbli mill-produzzjoni ta’ karti tal-flus għall-banek ċentrali). Huwa rrikkmandat illi l-ispejjeż involuti in konnessjoni mal-ħruġ ta’ karti tal-flus euro għandhom jiddaħħlu fir-rendikont tal-qligħ u t-telf meta jiġu ffatturati jew jinħolqu mod ieħor, ara ukoll il-Linja Gwida BĊE/2006/16.”


Fuq