EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32009O0024
Guideline of the European Central Bank of 10 December 2009 amending Guideline ECB/2008/18 on temporary changes to the rules relating to eligibility of collateral (ECB/2009/24)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2009 li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (BĊE/2009/24)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2009 li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (BĊE/2009/24)
ĠU L 330, 16.12.2009, p. 95–95
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2010
16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/95 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2009
li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji
(BĊE/2009/24)
(2009/963/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta l-Artikolu 20,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jestendi t-twessiegħ ta’ ċerti kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2008/18tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (1). |
(2) |
Huwa għalhekk neċessarju li l-Linja Gwida BĊE/2008/18 tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja Gwida BĊE/2008/18 hija emendata kif ġej:
L-Artikolu 10(2) qed jiġi mibdul b’li ġej:
‘Din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 jew sad-data tal-iskadenza tal-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid tal-aħħar 12-il xahar imnedija sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkun liema tkun l-aħħar.’
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 3
Indirizzati u miżuri għall-implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri parteċipanti.
2. Il-BĊNi għandhom jinnotikaw lill-BĊE dwar il-mod li permezz tiegħu be ħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 314, 25.11.2008, p. 14.