EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011D0021

2011/816/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Diċembru 2011 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2012 (BĊE/2011/21)

ĠU L 324, 7.12.2011, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 152 - 152

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/816/oj

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/37


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta’ Diċembru 2011

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2012

(BĊE/2011/21)

(2011/816/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2012, flimkien ma’ noti li jispjegaw il-metodoloġija tat-tbassir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2012

Il-BĊE qiegħed japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2012 mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti

(mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2012

Il-Belġju

196,0

Il-Ġermanja

668,0

L-Estonja

12,7

L-Irlanda

31,2

Il-Greċja

25,4

Spanja

250,0

Franza

310,0

L-Italja

128,4

Ċipru

13,1

Il-Lussemburgu

35,0

Malta

10,5

Il-Pajjiżi l-Baxxi

63,8

L-Awstrija

264,0

Il-Portugall

28,5

Is-Slovenja

26,0

Is-Slovakkja

32,2

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq