EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007O0014

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2005/5 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ l-informazzjoni statistika ġewwa s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2007/14)

ĠU L 311, 29.11.2007, p. 49–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/08/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2007/772/oj

29.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/49


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Novembru 2007

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2005/5 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ l-informazzjoni statistika ġewwa s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistika tal-finanzi tal-gvern

(BĊE/2007/14)

(2007/772/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 5.2, 12.1 u 14.3,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(3) tal-Linja Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta’ Frar 2005 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ l-informazzjoni statistika ġewwa s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (1) jistabbilixxi li l-Kunsill Governattiv jirrevedi kull sena d-derogi mogħtija lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li ma jistgħux jaderixxu ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(1) tal-Linja Gwida.

(2)

Il-Linja Gwida BĊE/2006/27 inkludiet derogi aġġornati mill-obbligi ta’ rappurtar ta’ data fir-rigward ta’ l-Istati Membri li laħqu adottaw l-ewro sat-18 ta’ Diċembru 2006, kif ukoll is-Slovenja.

(3)

Ċipru se jadotta l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2008 u għandhom jiddaħħlu derogi fil-Linja Gwida BĊE/2005/5 fir-rigward ta’ Ċipru.

(4)

Skond l-Artikolu 3.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernatur tas-Central Bank of Cyprus ġie mistieden jattendi l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li jadotta din il-Linja Gwida,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

L-Anness IV mal-Linja Gwida BĊE/2005/5 qed jiġi sostitwit bl-Anness ma’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 109, 29.4.2005, p. 81. Il-Linja Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja Gwida BĊE/2006/27 (ĠU C 17, 25.1.2007, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

DEROGI RELATATI MAS-SERJE TEMPORALI MNIŻŻLA F’ANNESS I, TABELLI 1A SA 3B

Tabella/filliera

Deskrizzjoni tas-serje temporali

L-ewwel data tat-trasmissjoni

Il-ĠERMANJA

2A.30

Qligħ u telf ta’ holdings tal-kambju

Ottubru 2008

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

3A.23,25

Passiv, klassifikazzjoni skond il-maturita' residwa li r-rata ta’ imgħax tagħha hija varjabbli

Il-GREĊJA

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

Ottubru 2008

3A.20

Passiv għal żmien twil li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli

3A.21,22,23,24,25

Passiv, klassifikazzjoni skond il-maturita' residwa

FRANZA

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

Ottubru 2008

L-IRLANDA

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

Ottubru 2008

3A.31

Passiv-Bonds bla imgħax (zero coupon)

L-ITALJA

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

Ottubru 2008

ĊIPRU (1)

1B.13

Trasferimenti kapitali mħallsa mill-baġit ta’ l-UE lil sezzjonijiet mhux governattivi

Ottubru 2008

2A.2

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u dawk li m’humiex

2A.6

Transazzjonijiet f’titoli minbarra ishma – titoli għal żmien qasir u twil

2A.8

Transazzjonijiet f’self

2A.9

Transazzjonijiet f’ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

2A.12

Transazzjonijiet f’ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra – oħra

2A.22

Transazzjonijiet f’passivi oħra

2A.29

Effetti tal-valutazzjoni fuq il-passiv

2A.30

Qligħ u telf ta’ holdings tal-kambju

2A.31

Effetti oħra tal-valutazzjoni – valur nominali

2A.32

Tibdil ieħor fil-volum tal-passiv

3A.10

Passiv miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

3A.28

Komponent ta’ passiv tal-gvern lokali

3B.11

Passiv maħruġ minn gvern lokali

Il-LUSSEMBURGU (2)

2A.2

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u dawk li m’humiex

Ottubru 2008

2A.3

Transazzjonijiet netti f’attiv u passiv finanzjarju

2A.11,12

Transazzjonijiet f’ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra, klassifikazzjoni

2A.7,19

Transazzjonijiet f’attiv u passiv finanzjarju li t-transazzjonijiet tiegħu huma f’derivattivi finanzjarji

2A.13,22

Transazzjonijiet f’attiv finanzjarju ieħor u passivi oħra

2A.29,30,31

Effetti tal-valutazzjoni fuq il-passiv u klassifikazzjoni

2A.32

Tibdil ieħor fil-volum tal-passiv

3A.12,13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

3A.21,22,23,24,25

Passiv, klassifikazzjoni skond il-maturita' residwa

3A.30

Maturita' residwa medja tal-passiv

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

Ottubru 2008

L-AWSTRIJA

2A.10,11,12

Transazzjonijiet f’ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra, klassifikazzjoni

Ottubru 2008

2A.25,26,27

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, klassifikazzjoni skond il-valuta li fiha huma ddenominati

2A.29,30,31

Effetti tal-valutazzjoni fuq il-passiv u klassifikazzjoni

2A.32

Tibdiliet oħra fil-volum tal-passiv

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

3A.15,16,17

Passiv, klassifikazzjoni skond il-valuta li fiha huwa ddenominat

3A.20

Passiv għal żmien twil li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli

3A.21,22,23,24,25

Passiv, klassifikazzjoni skond il-maturita' residwa

3A.30

Maturita' residwa medja tal-passiv

3A.31

Passiv-Bonds bla imgħax (zero-coupon)

IS-SLOVENJA (3)

1A.2,3,4,5

Defiċit mis-subsetturi

Ottubru 2008

2A.10,11,12

Transazzjonijiet f’ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra, klassifikazzjoni

2A.24

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn għal żmien twil

2A.25,26,27

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, ikklassifikati skond il-valuta li fihom huma ddenominati

2A.29,30,31

Effetti tal-valutazzjoni fuq il-passiv u klassifikazzjoni

2A.32

Bidliet oħra fil-volum tal-passiv

3A.13,14

Passiv miżmum minn dawk li m’humiex residenti, klassifikazzjoni

3A.20

Passiv għal żmien twil li tiegħu hija r-rata ta’ imgħax varjabbli

3A.30

Maturita' residwa medja tal-passiv

3A.31

Passiv-Bonds bla imgħax (zero-coupon)


(1)  Għall-partita 2 A.2 id-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-1997. Għall-partiti 2 A.6, 8, 9, 22 id-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-perijodu mill-1995 sa l-1998. Għall-partiti 2 A.12, 29, 30, 31, 32 id-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-perijodu mill-1995 sa l-2001. Għall-partiti 3 A.28 u 3B.11 id-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-perijodu mill-1995 sa l-1997.

(2)  Għall-partiti 2 A.2, 3, 7, 13, 19, 22 id-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-perijodu mill-1995 sa l-1998.

(3)  Is-Slovenja għandha deroga għad-data kollha mitluba fit-Tabelli 2 A, 2B, 3 A u 3B ta’ l-Anness I għall-perijodu mill-1995 sa l-1998. Għall-partiti 1 A.2, 3, 4, 5 d-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-perijodu mill-1995 sa l-1998. Għall-partiti 2 A.10, 11, 12, 24 id-deroga tapplika biss għad-data mitluba għall-1999.”


Fuq