EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007O0013

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2007/13)

ĠU L 311, 29.11.2007, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 17 Volum 002 P. 140 - 141

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0024

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2007/771/oj

29.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/47


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Novembru 2007

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali

(BĊE/2007/13)

(2007/771/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 5.2, 12.1 u 14.3,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(3) tal-Linja Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (1) jistabbilixxi li l-Kunsill Governattiv jirrevedi kull sena d-derogi mogħtija lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li ma jistgħux jaderixxu ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Linja Gwida.

(2)

Il-Linja Gwida BĊE/2005/13 tas-17 ta’ Novembru 2005 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (2) u l-Linja Gwida BĊE/2006/6 inkludew derogi aġġornati mill-obbligi tar-rappurtar tad-data fir-rigward ta’ l-Istati Membri li jkunu laħqu adottaw l-ewro sa meta jiġu adottati dawk l-atti legali.

(3)

Ċipru se jadotta l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2008 u għandhom jiddaħħlu derogi fil-Linja Gwida BĊE/2002/7 fir-rigward ta’ Ċipru.

(4)

Skond l-Artikolu 3.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernatur tas-Central Bank of Cyprus ġie mistieden biex jattendi l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li jadotta din il-Linja Gwida,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

L-Anness III tal-Linja Gwida BĊE/2002/7 huwa emendat skond l-Anness ma’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24. Il-Linja Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja Gwida BĊE/2006/6 (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 46).

(2)  ĠU L 30, 2.2.2006, p. 1.


ANNESS

L-Anness III mal-Linja Gwida BĊE/2002/7 huwa emendat kif ġej:

Fit-Tabella 1 (Data kurrenti), qed tiddaħħal is-sezzjoni li ġejja bejn is-sezzjonijiet intitolati “L-Italja” u “Il-Lussemburgu”:

“ĊIPRU

4, 5/2-21/A, B, D-I

Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħti skond l-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, OFIs, FA, ICPFs, GG u HHs lil residenti u lil dawk li m’mhumiex, imqassma skond is-settur tal-kontroparti u ż-żona

Ir-raba’ trimestru 2008”


Fuq