EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011D0016

2011/728/: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/15 dwar l-amministrazzjoni tas-self tal-EFSF lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/31 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2011/16)

ĠU L 289, 8.11.2011, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 005 P. 297 - 298

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/728/oj

8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/35


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/15 dwar l-amministrazzjoni tas-self tal-EFSF lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/31 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2011/16)

(2011/728/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 17 u 21,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/15 tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-amministrazzjoni tas-self tal-EFSF lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (1) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ ta’ kont ta’ flus kontanti mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) f’isem il-Faċilita' Ewropea għall-Istabbilta' Finanzjarja, Société Anonyme (EFSF), għat-tħaddim tal-ftehim dwar faċilita' ta’ self (minn issa ‘l quddiem il-“Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self”) skont il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF, li daħal fis-seħħ fl-4 t’Awwissu 2010 (minn issa ‘l quddiem il-“Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF”).

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (2) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ ta’ kontijiet ta’ flus kontanti mal-BĊE f’isem il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru rilevanti li jissellef, għat-tħaddim tal-Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self skont il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF.

(3)

Il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF ġie emendat bil-Ftehim dwar Emenda Supplimentali, li daħal fis-seħħ fit-18 t’Ottubru 2011. Il-Ftehim emendat dwar il-Qafas tal-EFSF ħoloq strumenti addizzjonali li l-EFSF tista’ tuża biex tipprovdi għajnuna finanzjarja. Skont paragrafu 2 tal-Preambolu u l-Artikolu 2(1) tal-Ftehim emendat dwar il-Qafas tal-EFSF, il-EFSF tista’ tagħti żburżar ta’ self, faċilitajiet prekawzjonarji, faċilitajiet biex tiġi ffinanzjata r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fi Stat Membru taż-żona euro (permezz ta’ self lill-gvernijiet ta’ dawn l-Istati Membri inklużi pajjiżi li mhumiex parteċipanti fil-programm), faċilitajiet għax-xiri ta’ bonds fis-swieq sekondarji jew faċilitajiet għax-xiri ta’ bonds fis-suq primarju (dawk l-istrumenti kollha li jirrappreżentaw “Assistenza Finanzjarja”), li għandhom jingħataw permezz ta’ ftehim dwar faċilita' ta’ assistenza finanzjarja (minn issa ‘l quddiem “Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja”). Il-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self jistgħu jibqgħu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendat dwar il-Qafas tal-EFSF.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni BĊE/2010/15 u BĊE/2010/31 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/15 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 2

Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kont ta’ flus kontanti

Il-BĊE għandu jaċċetta biss ħlasijiet li għandhom isiru lil jew minn kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF, jekk dawn il-ħlasijiet jseħħu b’rabta mal-Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew il-Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja.".

2.

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 4

Bilanċ tal-kont ta’ flus kontanti

L-ebda ammont m’għandu jsir permanenti mal-kreditu tal-kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF wara li jkunu saru ħlasijiet marbuta ma’ kwalsiasi Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja, lanqas m’għandhom jiġu ttrasferiti ammonti għal dan il-kont ta’ flus kontanti qabel il-jum li fih ikollhom isiru l-ħlasijiret rigward kwalsiasi Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja. Fl-ebda żmien m’għandu jkun hemm ammont li jsir permanenti mad-debitu tal-kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF. Għalhekk, m’għandhom isiru l-ebda ħlasijiet mill-kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF u li jeċċedu l-ammonti permanenti mal-kreditu ta’ dak il-kont.".

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 1

Ftuħ ta’ kontijiet ta’ flus kontanti

Il-BĊE jista’, fuq talba tal-BĊN ta’ Stat Membru li jissellef, jiftaħ kontijiet ta’ flus kontanti f’isem dak il-BĊN għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet marbuta ma’ Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew ma’ Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja (minn issa ‘l quddiem “kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN”).”

2.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 2

Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kontijiet ta’ flus kontanti

Kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN għandu jintuża biss biex jiġu pproċessati ħlasijiet marbuta ma’ Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja."

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Novembru 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 253, 28.9.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 10, 14.1.2011, p. 7.


Fuq