EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011O0013

2011/525/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Awwissu 2011 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (BĊE/2011/13)

ĠU L 228, 3.9.2011, p. 37–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 146 - 149

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32014O0015

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2011/525/oj

3.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/37


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Awwissu 2011

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq

(BĊE/2011/13)

(2011/525/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ECB/2008/32) (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (3) ipprivat lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mill-istat tagħhom ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(2)

Bħala konsegwenza, huwa neċessarju illi jiġu emendati l-ambitu, il-frekwenza u l-iskadenza tar-rappurtar minn istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi sabiex jiġi żgurat il-ġbir xieraq ta’ statistika dwar il-flus elettroniċi. B'mod partikolari, ir-rappurtar għandu jippermetti monitoraġġ komprensiv ta’ dawk kollha li joħorġu l-flus elettroniċi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu, irrispettivament minn jekk jissodisfawx jew le d-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet monetarji finanzjarji”. Barra minn dan, il-glossarju tal-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (4) għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2007/9 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“Artikolu 5

Statistika dwar flus elettroniċi

Il-BĊE, f'kooperazzjoni mal-BĊNi, għandu jidentifika u jirreġistra fuq bażi annwali l-karatteristiċi tal-iskemi tal-flus elettroniċi fl-UE, id-disponibbiltà tat-tagħrif statistiku kkonċernat u l-metodi ta’ kumpilazzjoni marbutin miegħu. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku dwar flus elettroniċi maħruġin mill-IFMi kollha li ma jkunux ingħataw deroga taħt l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), skont il-lista ta’ partiti f'Tabella 1 ta’ Parti II tal-Anness III ta’ din il-Linja Gwida.

Dejta ta’ kull xahar jew ta’ kull trimestru għandha tiġi rrappurtata lill-BĊE tal-anqas darbtejn f'sena sal-aħħar jum tax-xogħol ta’ April (dejta sal-aħħar ta’ Marzu) u ta’ Ottubru (dejta sal-aħħar ta’ Settembru). Skont id-disponibbiltà tad-dejta tal-BĊNi, jistgħu jseħħu trażmissjonijiet ta’ dejta aktar frekwenti bi frekwenza ta’ kull xahar jew ta’ kull trimestru sal-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar li jsegwi t-tmiem tal-perijodu ta’ referenza. Fin-nuqqas tad-dejta, il-BĊNi għandhom jużaw estimi jew dejta provviżorja fejn disponibbli.

Dan ir-rappurtar għandu jkopri l-istituzzjonijiet elettroniċi prinċipalment involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja bil-ħruġ ta’ flus elettroniċi, li b'hekk jissodisfaw id-definizzjoni ta’ IFM, u istituzzjonijiet ta’ flus elettoniċi li mhumiex prinċipalment involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja bil-ħruġ ta’ flus elettroniċi, li b'hekk ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ IFM. Dan ir-rappurtar għandu jinkludi wkoll rappurtar minn IFMi żgħar li jkunu ngħataw deroga taħt l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), irrispettivament minn jekk humiex istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw tagħrif statistiku skont il-lista ta’ partiti f'Tabella 2 ta’ Parti 2 ta’ Anness III ta’ din il-Linja Gwida. Dejta ta’ dawk li joħorġu l-flus elettroniċi li ma tissodisfax id-definizzjoni ta’ IFM u li għalhekk mhijiex soġġetta għal rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku regolari tal-BSI għandha tiġi rrappurtata, sa fejn il-BĊNi jistgħu jiksbuha mingħand l-awtoritajiet superviżorji rispettivi tagħhom jew sorsi adattati oħrajn.

Is-serje għandha tiġi rrappurtata ta’ kull sena lill-BĊE, sal-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar li jsegwi t-tmiem tal-perijodu ta’ referenza. Fin-nuqqas tad-dejta, il-BĊNi għandhom jużaw estimi jew dejta provviżorja fejn disponibbli.”

2.

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida.

3.

Il-glossarju huwa emendat skont l-Anness II ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(3)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(4)  ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.


ANNESS I

Parti 2 tal-Anness III hija sostitwita b'li ġej:

“PARTI 2

Statistika dwar flus elettroniċi

Data ta’ IFMi oħrajn (stokks)

Tabella 1

Rekwiżiti għar-rappurtar ta’ kull xahar jew ta’ kull trimestru ta’ statistika dwar flus elettroniċi maħruġin minn IFMi li ma jkunux ingħataw deroga taħt l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32)

PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri parteċipanti oħrajn

C.

RoW

D.

Mhux allokati

PASSIV

9

Depożiti (il-valuti kollha)

 

 

 

 

9e

Depożiti - euro

 

 

 

 

9.1e

Overnight

 

 

 

 

Li minnhom flus elettroniċi

 

 

 

 

9.1.1e

Flus elettroniċi bbażati fuq hardware

 

 

 

 

9.1.2e

Flus elettroniċi bbażati fuq software

 

 

 

 

9x

Depożiti – valuti barranin

 

 

 

 

9.1x

Overnight

 

 

 

 

Li minnhom flus elettroniċi

 

 

 

 

9.1.1x

Flus elettroniċi bbażati fuq hardware

 

 

 

 

9.1.2x

Flus elettroniċi bbażati fuq software

 

 

 

 

Total ta’ flus elettroniċi

 

 

 

 


Tabella 2

Rekwiżiti għar-rappurtar annwali ta’ statistika dwar flus elettroniċi maħruġin mill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu

PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri parteċipanti oħrajn

C.

RoW

D.

Mhux allokati

Total tal-assi/passiv

 

 

 

 

Li minnhom depożiti bi flus elettroniċi (il-valuti kollha)”

 

 

 

 


ANNESS II

Il-glossarju huwa emendat kif gej:

1.

Id-definizzjoni ta’ “flus elettroniċi” hija sostitwita b’li ġej:

“Flus elettroniċi: tfisser valur monetarju maħżun elettronikament, inkluż manjetikament kif irrappreżentat bi klejm maħruġa kontra min ħareġ il-flus meta jiġu riċevuti l-fondi sabiex isiru tranżazzjonijiet ta’ pagament, u aċċettat minn persuna naturali jew legali li mhijiex min ħareġ il-flus elettroniċi.”

2.

Id-definizzjoni ta’ “Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi” hija sostitwita b’li ġej:

“Istituzzjoni tal-flus elettroniċi: hija persuna legali li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni biex toħroġ flus elettroniċi.”

3.

Id-definizzjoni ta’ “Fondi” hija sostitwita b’li ġej:

“Fondi: tfisser flus kontanti, flus iddepożitati u flus elettroniċi.”

4.

Id-definizzjoni ta’ “Fondi tas-Suq Monetarju (MMFs)” hija sostitwita b’li ġej:

“Fondi tas-Suq Monetarju (MMFs): huma definiti fl-Artiklu 1a tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2533/32).”


Fuq