EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0017(01)

2012/475/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li tħassar id-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/17)

ĠU L 218, 15.8.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/475/oj

15.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/19


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta’ Awwissu 2012

li tħassar id-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2012/17)

(2012/475/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (1) għandha tiġi sostitwita minn Linja Gwida BĊE/2012/8 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2) sabiex tħalli lill-banek ċentrali nazzjonali jimplimentaw miżuri addizzjonali għall-appoġġ imsaħħaħ għall-kreditu fil-qafas kuntrattwali u regolatorju applikabbli lill-kontropartijiet tagħhom.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 għandha titħassar.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2011/25

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 hija mħassra b’effett mill-14 ta’ Settembru 2012.

2.   Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal Linja Gwida BĊE/2012/18.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65.

(2)  Ara l-paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Fuq